This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0358
2002/358/EC: Council Decision of 25 April 2002 concerning the approval, on behalf of the European Community, of the Kyoto Protocol to the United Nations Framework Convention on Climate Change and the joint fulfilment of commitments thereunder
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2002 dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt ta’ l-obbligi tiegħu
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2002 dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt ta’ l-obbligi tiegħu
ĠU L 130, 15.5.2002, p. 1–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/358/oj
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32002D0358R(01) | (DE, SV) |
Official Journal L 130 , 15/05/2002 P. 0001 - 0003
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2002 dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt ta’ l-obbligi tiegħu (2002/358/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u, b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 300(3), l-ewwel subpara/grafu tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkonsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) L-għan aħħari tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("il-Konvenzjoni"), li kienet approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993, dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima [3], huwa li tinkiseb l-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta’ gassijiet li jikkawżaw l-effett serra fl-atmosfera, f’livell li ma jħallix interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema klimatika. (2) Il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, fl-ewwel sessjoni tagħha, ikkonkludiet illi l-impenn tal-pajjiżi żviluppati li jimmiraw li jirritornaw, flimkien jew b’mod konġunt, l-emissjonijiet tagħhom tad-diossidu tal-karbonju u ta’ gassijiet oħra li jipproduċu l-effett serra, u li m’humiex kontrollati mill-Protokoll ta’ Montreal tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tas-Saff ta’ l-Ożonju, għal-livelli ta’ l-1990 sas-sena 2000, ma kienx biżżejjed biex jinkisbu l-għanjijiet fuq tul ta’ żmien tal-Konvenzjoni li tipprevjeni interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema klimatika. Il-Konferenza qablet ukoll li tibda proċess sabiex tippermetti li tittieħed azzjoni xierqa għall-perijodu ta’ wara l-2000, permezz ta’ l-adozzjoni ta’ protokoll jew ta’ strument legali ieħor [4]. (3) Dan il-proċess irriżulta fl-adozzjoni fil-11 ta’ Diċembru 1997 tal-Protokoll ta’ Kyoto fil-Qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("il-Protokoll"). [5]. (4) Il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, fir-raba’ sessjoni tagħha, iddeċidiet li tadotta l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Buenos Aires, biex jintlaħaq ftehim dwar l-implimentazzjoni ta’ elementi ewlenin tal-Protokoll fis-sitt sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet. [6]. (5) Il-qbil dwar l-elementi l-aktar importanti għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Buenos Aires, sar permezz ta’ konsensus mill-Konferenza tal-Partijiet fit-tkomplija tas-sitt sessjoni tagħha f’Bonn mid-19 sas-27 ta’ Lulju 2001. [7]. (6) Firxa ta’ deċiżjonijiet li jdaħħlu fis-seħħ il-Ftehim ta’ Bonn, ġew adottati b’konsensus mill-Konferenza tal-Partijiet fis-sebaÌ sessjoni tagħha f’Marrakech mid-29 ta’ Ottubru sa l-10 ta’ Novembru 2001 [8]. (7) Il-Protokoll, taħt l-Artikolu 24, hu miftuħ għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-Istati u mill-organizzazzjonijiet dwar l-integrazzjoni ekonomika reġjonali li ffirmawh. (8) Il-Protokoll, taħt l-Artikolu 4, jipprovdi biex il-Partijiet iwettqu l-obbligi li għandhom taħt l-Artikolu 3 b’mod konġunt, u biex jaħdmu fi ħdan fil-qafas ta’, u flimkien ma’ organizzazzjoni dwar l-integrazzjoni ekonomika reġjonali. (9) Meta l-Protokoll ġie ffirmat fi New York fid-29 ta’ April 1998, il-Komunità ddikjarat li hi, flimkien ma’ l-Istati Membri tagħha, kienu se jwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom taħt l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll b’mod konġunt skond l-Artikolu 4 tiegħu. (10) Waqt li ddeċiedew li jwettqu l-obbligi tagħhom b’mod konġunt skond l-artikolu 4 tal-Protokoll ta’ Kyoto, il-Komunità u l-Istati Membri huma responsabbli b’mod konġunt, taħt il-paragrafu 6 ta’ dak l-artikolu u skond l-artikolu 24(2) tal-Protokoll, għat-twettiq mill-KomunitaÌ tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet b’mod kwantifikat, skond l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll. Konsegwentement, u skond l-Artikolu 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Istati Membri, individwalment u kollettivament, għandhom l-obbligu li jieħdu l-miżuri xierqa kollha, ġenerali jew partikolari, biex jassiguraw it-twettiq ta’ l-obbligi li jirriżultaw mill-azzjoni meħuda mill-Istituzzjonijiet tal-Komunità, li jinkludu l-impenn tal-Komunità li tnaqqas l-emissjonijiet b’mod kwantifikat taħt il-Protokoll, biex ikun faċilitat it-twettiq ta’ din l-impenn u biex jastjenu minn kull miżura li tista’ tipperikola t-twettiq ta’ dan l-impenn. (11) Il-bażi legali ta’ kull Deċiżjoni oħra dwar l-approvazzjoni mill-Komunità ta’ obbligi futuri fir-rigward tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet, se tiġi stabbilita mill-kontenut u mill-effett ta’ dik id-Deċiżjoni. (12) Il-Kunsill qabel mal-kontribuzzjonijiet ta’ kull Stat Membru għall-impenn biex ikun hemm tnaqqis ġenerali mill-Komunità fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1998 [9]. Ċerti Stati Membri esprimew assunzjonijiet dwar emissjonijiet bażiċi fis-sena u politika u miżuri kordinati. Il-kontribuzzjonijiet huma differenzati biex jittieħed kont i.a. ta’ l-aspettattivi għat-tkabbir ekonomiku, it-taħlit ta’ l-enerġija u ta’ l-istruttura industrijali ta’ l-Istati Membri rispettivi. Il-Kunsill qabel ukoll, li t-termini tal-ftehim għandhom jiġu inklużi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill ma’ l-approvazzjoni tal-Protokoll mill-Komunità. L-Artikolu 4(2) tal-Protokoll jirrikjedi li l-Komunità u l-Istati Membri tagħha jinfurmaw lis-Segretarjat, stabbilit mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni, dwar it-termini ta’ dan il-ftehim fid-data tad-depożitu ta’ l-istrumenti tagħhom ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni. Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom l-obbligu li jieħdu miżuri sabiex jippermettu lill-Komunità twettaq l-obbligi tagħha taħt il-Protokoll mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità li kull Stat Membru għandu lejn il-KomunitàÌ u lejn l-Istati Membri l-oħra biex iwettaq l-obbligi tiegħu. (13) L-emissjonijiet tal-KomunitàÌ fis-sena bażi u ta’ l-Istati Membri tagħha m’humiex se jiġu stabbiliti b’mod definit qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll. Kif dawn l-emissjonijiet bażiċi għal sena jiġu stabbiliti b’mod definittiv, u, l-aktar tard qabel jibda l-perijodu ta’ l-obbigu, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jistabbilixxu dawn il-livelli ta’ emissjonijiet f’termini ekwivalenti għal tunnellati metriċi ta’ diossidu tal-karbonju skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/389/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju ta’ 1993 għall-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet tal-KomunitaÌ ta’ CO2 u ta’ gassijiet oħra li jikkawżaw l-effett serra. [10]. (14) Il-Kunsill Ewropew ta’ Gotenburg tal-15 u s-16 ta’ Ġunju 2001 tenna d-determinazzjoni tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri li jwettqu l-obbligi tagħhom taħt il-Protokoll, u stqarr li l-Kummissjoni se tipprepara proposta għar-ratifika qabel tmiem l-2001, u b’hekk tagħmilha possibbli għall-Komunità u għall-Istati Membri li jilħqu l-obbligi tagħhom malajr sabiex jirratifikaw il-Protokoll. (15) Il-Kunsill Ewropew ta’ Laeken ta’ l-14 u l-15 ta’ Diċembru 2001 ikkonferma d-determinazzjoni ta’ l-Unjoni li tonora l-impenn tagħha taħt il-Protokoll ta’ Kyoto u x-xewqa tagħha li l-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ qabel is-Sammit Dinji ta’ Johannesburg dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, mis-26 ta’ Awissu sa l-4 ta’ Settembru 2002. (16) Il-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottatati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implementattivi mogħtija lill-Kummissjoni. [11], ADDOTTADIN ID-DEĊIZJONI Artikolu 1 Il-Protokoll ta’ Kyoto dwar il-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("il-Protokoll") iffirmat fid-29 ta’ April 1998 fi New York qiegħed jiġi approvat hawnhekk f’isem il-KomunitaÌ Ewropea. It-test tal-Protokoll jinsab fl-Anness I. Artikolu 2 Il-KomunitaÌ Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandhom iwettqu l-obbligi li huma marbuta bihom taħt l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll b’mod konġunt, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 tiegħu u b’attenzjoni sħiħa għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KomunitaÌ Ewropea. L-obbligi dwar il-limitazzjonijiet u t-tnaqqis kwantifikat ta’ emissjonijiet maqbula bejn il-KomunitaÌ Ewropea u l-Istati Membri bl-għan li jiġu stabbiliti l-livelli rispettivi ta’ emissjonijiet allokati għal kull wieħed minnhom għall-ewwel perijodu ta’ limitazzjonijiet u tnaqqis kwantifikat ta’ emissjonijiet, mill-2008 sa l-2012, huma mniżżla fl-Anness II. Il-KomunitaÌ Ewropea u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jikkonformaw mal-livelli ta’ emissjonijiet li jinsabu fl-Anness II, kif stabbilit skond l-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006 u skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4(2) ta’ din id-Deċiżjoni, tistabbilixxi l-livelli ta’ emissjonijiet allokati lill-KomunitaÌ Ewropea u lil kull Stat Membru rispettivament, f’termini ta’ tunnellati metriċi ta’ diossidu tal-karbonju skond il-figuri ta’ emissjonijiet definittivi għas-sena bażi, u fuq il-bażi ta’ obbligi fuq il-limiti u t-tnaqqis kwantifikat ta’ emissjonijiet li jinsabu fl-Anness II, skond il-metodoloġiji għall-istima ta’ l-emissjonijiet antropoġeniċi mill-għejun u t-tneħħija permezz ta’ sinks li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2) tal-Protokoll u l-modalitajiet għall-kalkolu ta’ l-ammont assenjat skond l-Artikoli 3(7) u (8) tal-Protokoll. L-ammont assenjat lill-KomunitaÌ Ewropea u lil kull Stat Membru għandu jkun ugwali għal-livell ta’ emissjoni rispettiv, determinat skond dan l-Artikolu. Artikolu 4 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat istitwit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 93/389/KEE. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw. Il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Artikolu 5 1. Il-President tal-Kunsill hawnhekk qiegħed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li għandhom il-poter li jinnotifikaw, f’isem il-KomunitaÌ Ewropea, din id-Deċiżjoni lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima skond l-Artikolu 4(2) tal-Protokoll. 2. Il-President tal-Kunsill hawnhekk qiegħed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li għandhom il-poter li jiddepożitaw, fl-istess data tan-notifika li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, l-istrument ta’ aprovazzjoni, mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti skond l-Artikolu 24(1) tal-Protokoll, sabiex jesprimi l-kunsens tal-KomunitàÌ li timpenja ruħha. 3. Il-President tal-Kunsill hawnhekk qiegħed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li għandhom il-poter li jiddepożitaw, fl-istess data tan-notifika li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, id-dikjarazzjoni tal-kompetenza imniżżla fl-Anness III, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 24(3) tal-Protokoll. Artikolu 6 1. Meta jiddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni tal-Protokoll tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fl-istess ħin u f’isimhom stess, din id-Deċiżjoni lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil tal-Klima skond l-Artikolu 4(2) tal-Protokoll. 2. L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jiddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni tagħhom fl-istess ħin ma’ dawk tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Memrbi l-oħra, u sa fejn ikun possibbli, mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2002. 3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2002 dwar id-deċiżjoni tagħhom li jirratifikaw jew li japprovaw il-Protokoll jew, skond iċ-ċirkostanzi, dwar id-data probabbli tat-tkomplija tal-proċeduri meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha, b’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri, tiffissa data għad-depożitu ta’ l-istrumenti ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni, fl-istess ħin. Artikolu 7 Dan id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fil-25 ta’April 2002. F’isem il-Kunsill Il-President M. Rajoy Brey [1] ĠU C 75 E, 26.03.2002, p. 17. [2] Opinjoni mogħtija fis-6 ta’ Frar 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali). [3] ĠU L 33, 07.02.1994, p. 11. [4] Deċiżjoni 1/CP.1: "Il-Mandat ta’ Berlin: Reviżjoni ta’ l-adekwatezza ta’ l-Artikolu 4, paragrafu 2(a) u (b), tal-Konvenzjoni, inkluż il-proposti relatati mal-protokoll u deċiżjonijiet dwar dak li għandu jsir". [5] Deċiżjoni 1/CP.3: "Adozzjoni tal-Protokoll ta’ Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima". [6] Deċiżjoni I/CP.4: "Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Buenos Aires." [7] Deċiżjoni 5/CP.6: "L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Buenos Aires". [8] Deċiżjoni 2-24/CP.7: "Il-Ftehim ta’ Marrakech". [9] Dok. 9702/98 tad-19 ta’ Ġunju 1998 tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea li jirrifletti dak li ħareġ mill-eventwalitajiet tal-Kunsill ta’ l-Ambjent tas-16-17 ta’ Ġunju 1998, l-Anness I. [10] ĠU L 167, tad-9.7.1993, p. 31. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/296/EC (ĠU L 117, tal-5.5.1999, p. 35). [11] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23. --------------------------------------------------