This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000L0044
Council Directive 2000/44/EC of 30 June 2000 amending Directive 92/12/EEC as regards temporary quantitative restrictions for products subject to excise duties brought into Sweden from other Member States
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/44/KE tat-30 ta' Ġunju 2000 li temenda d-Direttiva 92/12/KEE f'dak illi jirrigwardja restrizzjonijiet kwantitattivi għal prodotti li huma soġġetti għal dazji tas-sisa mdaħħla fl-Iżvezja minn Stati Membri oħra
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/44/KE tat-30 ta' Ġunju 2000 li temenda d-Direttiva 92/12/KEE f'dak illi jirrigwardja restrizzjonijiet kwantitattivi għal prodotti li huma soġġetti għal dazji tas-sisa mdaħħla fl-Iżvezja minn Stati Membri oħra
ĠU L 161, 1.7.2000, p. 82–83
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2009; Impliċitament imħassar minn 32008L0118
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31992L0012 | Żieda | anness | 01/07/2000 | |
Modifies | 31992L0012 | Sostituzzjoni | artikolu 26.3 | 01/07/2000 | |
52000PC0295 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32008L0118 | 16/01/2009 |
Official Journal L 161 , 01/07/2000 P. 0082 - 0083
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/44/KE tat-30 ta' Ġunju 2000 li temenda d-Direttiva 92/12/KEE f'dak illi jirrigwardja restrizzjonijiet kwantitattivi għal prodotti li huma soġġetti għal dazji tas-sisa mdaħħla fl-Iżvezja minn Stati Membri oħra IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Billi: (1) L-Artikolu 26(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għal prodotti [2] soġġetti għad-dazju tas-sisa u ż-żamma, moviment u kontroll ta' tali prodotti jikkonċedi lill-Isvezja d-dritt li tkompli tapplika, sat-30 ta' Ġunju 2000, l-istess restrizzjonijiet bħal dawk stipulati fl-Att ta' l-1994 ta' l-Adeżjoni ta' l-Isvezja fuq il-kwantità ta' xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk, li jistgħu jiddaħħlu fit-territorju Svediż mingħajr ma jitħallas iktar dazju tas-sisa minn individwi privati għall-użu tagħhom. (2) Din id-deroga ngħatat minħabba li f'Ewropa mingħajr fruntieri fejn ir-rati tas-sisa jvarjaw ħafna, tneħħija immedjata totali ta' limitazzjonijiet tas-sisa kienet tikkawża diverżjoni inaċċettabli ta' kummerċ u distorzjoni tal-kompetizzjoni fl-Isvezja, li tradizzjonalment applikat dazji tas-sisa għoljin fuq il-prodotti nvoluti kemm bħala sors ta' dħul u għal raġunijiet soċjali u ta' saħħa. (3) Il-Finlandja u d-Danimarka ġew awtorizzati japplikaw restrizzjonijiet simili sal-31 ta' Diċembru 2003. (4) L-Isvezja talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika tali restrizzjonijiet għall-istess perjodu bħall-Finlandja u d-Danimarka, minħabba li għandha bżonn aktar żmien biex tadatta l-politika dwar l-alkoħol tagħha għal sitwazzjoni mingħajr restrizzjonijiet. (5) Fl-istess waqt, l-Isvezja timpenja ruħha li tgħolli l-limiti kurrenti kwantitattivi għal xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk imdaħħla fit-territorju Svediż minn Stati Membri oħra f'diversi stadji sabiex tikkonforma gradwalment mar-regoli tal-Komunità stipulati fl-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 92/12/KEE u biex tiżgura tneħħija kompleta ta' restrizzjonijiet intra-Komunitarji għal dawn il-prodotti sal-31 ta' Diċembru 2003. (6) L-Artikolu 26 tad-Direttiva 92/12/KEE tirrapreżenta deroga minn wieħed mill-prinċipji fundamentali tas-suq intern, partikolarment id-dritt taċ-ċittadini tiegħu biex jittrasportaw oġġetti mixtrija għall-użu tagħhom minn ġol-Komunità mingħajr ma jeħlu spejjeż tad-dazju ġodda, għalhekk jeħtieġ illi l-effetti tiegħu jiġu limitati kemm jista' jkun. (7) Għalhekk huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu itwal għall-addattament fl-Isvezja billi tiġi estiża l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 92/12/KEE għal perjodu mhux rinnovabbli sal-31 ta' Diċembru 2003 u biex jiġu ffissati l-passi għal-liberalizzazzjoni gradwali tar-restrizzjonijiet qabel it-tneħħija sħiħa taghhom f'dik id-data. (8) Wara li kkunsidra l-importanza ekonomika ta' din id-Direttiva jinħtieġ illi tiġi invokata l-bżonn ta' l-urġenza msemmija fil-punt I(3) tal-Protokoll għat-Trattat ta' Amsterdam dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 92/12/KEE hija emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 26(3) għandu jinbidel b'dan li ġej: "3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, l-Isvezja għandha tkun awtorizzata tapplika r-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness dwar il-kwantità ta' xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinvolvi l-kwantità ta' xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk li jistgħu jiddaħħlu fit-territorju Svediż minn individwi privati għall-użu tagħhom mingħajr ħlas żejjed ta' sisa. Għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2003." 2. L-Anness stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva għandu jiżdied. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2000. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali riferenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2000. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fit-30 ta' Ġunju 2000. Għall-Kunsill Il-President J. Gama [1] Opinjoni mogħtija nhar il-15 ta' Ġunju 2000 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 96/99/KE (ĠU L 8, tal-11.1.1997, p. 12). -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANESS L-Artikolu 26(3) Kwantità ta' xorb alkoħoliku u prodotti tat-tabakk li jistgħu jiddaħħlu fit-territorju Svediż minn individwi privati għall-użu tagħhom mingħajr ħlas żejjed ta' sisa Xorb Alkoħoliku | Mill-1 ta' Lulju 2000 | Mill-1 ta' Jannar 2001 | Mill-1 ta' Jannar 2002 | Mill-1 ta' Jannar 2003 | Spirti | 1 ħ | 1 ħ | 2 ħ | 5 ħ | Prodotti intermedji | 3 ħ | 3 ħ | 3 ħ | 3 ħ | Inbejjed (inklużi inbejjed frizzanti) | 20 ħ | 26 ħ | 26 ħ | 52 ħ | Birra | 24 ħ | 32 ħ | 32 ħ | 64 ħ | Prodotti tat-tabakk | Mill-1 ta' Lulju 2000 | Sigaretti jew | 400 | Sigarri żgħar jew | 200 | Sigarri jew | 100 | Tabakk tat-tipjip | 550 g | --------------------------------------------------