Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984L0491

    Id-Direttiva tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 1984 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-skarikar ta’ hexachlorocyclohexane

    ĠU L 274, 17.10.1984, p. 11–17 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/12/2012; Imħassar b' 32008L0105

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1984/491/oj

    31984L0491



    Official Journal L 274 , 17/10/1984 P. 0011 - 0017
    Spanish special edition: Chapter 15 Volume 5 P. 0059
    Portuguese special edition Chapter 15 Volume 5 P. 0059
    Finnish special edition: Chapter 15 Volume 6 P. 0159
    Swedish special edition: Chapter 15 Volume 6 P. 0159


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tad-9 ta’ Ottubru 1984

    dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-skarikar ta’ hexachlorocyclohexane

    (84/491/KEE)

    Il-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100 u 235 ta’ dan,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta’ l-4 ta’ Mejju 1976 dwar it-tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi li jispiċċaw fl-ambjent akwatiku tal-Komunità [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 12 ta’ din,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [4],

    Billi, biex jiġi protett l-ambjent akwatiku tal-Komunità mit-tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/464/KEE jintroduċi sistema ta’ awtorizzazzjonijiet minn qabel li tistabbilixi standards ta’ emissjoni ta’ skarikar ta’ sustanzi li jidhru fil-Lista I fl-Anness ta’ din; billi l-Artikolu 6 tad-Direttiva msemmija jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu għal dawn l-i standards ta’ emissjoni kif ukoll objettivi ta’ kwalità għall-ambjent akwatiku affettwat mill-iskarikar ta’ dawn is-sustanzi;

    Billi l-hexachlorocyclohexane (minn hawn’ il quddiem jissejjaħ l-HCH) huwa kompost organohalogen u huwa inkluż fil-Lista I minħabba t-tossiċità, il-persistenza u l-bioakkumulazzjoni tiegħu;

    Billi l-Istati Membri huma mitluba japplikaw il-valuri ta’ limitu barra fil-każijiet fejn dawn ikunu jistgħu japplikaw l-objettivi ta’ kwalità;

    Billi, peress li t-tniġġis ikkawżat mill-emmissjoni diretta ta’ l-HCH fl-ilma jiġi, fil-parti l-kbira, minn stabbilimenti li jipproduċu, jittrattaw u, bħala attività minuri, jifformulawh fl-istess sit, għandhom jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu għall-iskarikar li jsir minn dawn l-istabbilimenti kif ukoll objettivi ta’ kwalità għall-ambjent akwatiku li fih l-HCH jiġi skarikat minn dawn l-istess stabbilimenti;

    Billi l-impatt ta’ sorsi industrijali diretti oħra ta’ tniġġis ikkawżat mill-HCH huwa wkoll importanti; billi, fil-każ ta’ skarikar bħal dawn li għalihom ma jkunx possibbili, għal raġunijiet tekniċi, jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu ta’ emissjoni fuq livell ta’ Komunità, l-Istati Membri għandhom b’mod indipendenti jiffissaw standards ta’ emissjoni waqt li jikkunsidraw l-aħjar mezzi tekniċi disponibbli;

    Billi l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri li jittieħdu in konformità ma’ din id-Direttiva ma jkollhomx effett li jżidu t-tniġġis fil-ħamrija jew fl-arja;

    Billi għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ sorveljanza speċifika biex l-Istati Membri jkunu jistgħu juru li l-objettivi ta’ kwalità jkunu qed jiġu mħarsa;

    Billi għandha ssir dispożizzjoni għas-sorveljanza mill-Istati Membri ta’ l-ambjent akwatiku affettwat mill-emissjoni ta’ HCH msemmi fuq, bl-iskop li din id-Direttiva tkun tista’ tiġi applikata b’mod effettiv;

    Billi huwa importanti li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Kunsill kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri;

    Billi peress li l-ilma ta’ taħt l-art huwa s-suġġett tad-Direttiva 80/68/KEE [5], dan huwa eskluż mill-iskop ta’ din id-Direttiva,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    1. Din id-Direttiva:

    - skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 76/464/KEE, li jistabbilixxi valuri ta’ limitu għall-i standards ta’ emissjoni ta’ l-HCH li jistgħu jiġu skarikati minn impjanti industrijali hekk kif definit fl-Artikolu 2(g) ta’ din id-Direttiva,

    - skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 76/464/KEE, li jistabbilixxi objettivi ta’ kwalità għal HCH fl-ambjent akwatiku,

    - skond l-artikolu 6(4) tad-Direttiva 76/464/KEE, li jistabbilixxi l-limitu ta’ żmien għall-konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fejn għandhom x’jaqsmu l-skarikar preżenti,

    - skond l-artikolu 12(1) tad-Direttiva 76/464/KEE, li jistabbilixxi l-metodi ta’ referenza ta’ kejl li jwasslu biex tiġi stabbilita l-konċentrazzjoni tal-HCH ta’ skarikar fl-ambjent akwatiku,

    - skond l-artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE, li jistabbilixxi proċedura ta’ sorveljanza,

    - jitlob lill-Istati Membri biex jikooperaw ma’ xulxin fil-każ ta’ skarikar li jaffettwa l-ilmijiet ta’ aktar minn Stat Membru wieħed.

    2. Din id-Direttiva tapplika għall-ilmijiet msemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 76/464/KEE bl-eċċezzjoni għall-ilma ta’ taħt l-art.

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

    (a) "HCH"

    ifisser l-isomers ta’ 1, 2, 3, 4, 5, 6-hexachlorocyclohexane;

    (b) "lindane"

    tfisser prodott li jkun fih minn ta’ lanqas 99 % tal-g-isomer ta’ 1, 2, 3, 4, 5, 6-hexachlorocyclohexane;

    (ċ) "estrazzjoni ta’ lindane"

    tfisser is-separazzjoni ta’ lindane mit-taħlita ta’ hexachlorocyclohexane isomers;

    (d) "valuri ta’ limitu"

    tfisser il-valuri ta’ limitu speċifikati fl-ANNESS I;

    (e) "objettivi ta’ kwalità"

    tfisser il-kriterji speċifikati fl-ANNESS II;

    (f) "trattament ta’ HCH"

    tfisser kull proċess industrijali li jinvolvi l-produzzjoni jew l-użu tal-HCH, jew kull proċess industrijali ieħor li fih ikun hemm il-preżenza ta’ HCH;

    (g) "impjant industrijali"

    tfisser kull impjant li fih l-HCH jew kull sustanza li jkun fiha l-HCH ikun ittrattat;

    (h) "impjant eżistenti"

    tfisser impjant industrijali li jkun jopera fid-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva.

    (i) "impjant ġdid" tfisser

    - impjant industrijali li jkun beda jopera wara d-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva,

    - impjant industrijali eżistenti li l-kapaċità tiegħu għall-produzzjoni u t-trattament tal-HCH tkun żdiedet b’mod sostanzjali wara d-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    1. Il-valuri ta’ limitu, li jridu jitħarsu fil-limiti ta’ żmien, u l-proċedura ta’ sorveljanza għall-iskarikar huma stabbiliti fl-ANNESS I.

    2. Il-valuri ta’ limitu għandhom normalment ikunu japplikaw fejn l-ilma mniġġes li jkun fih l-HCH iħalli l-impjant industrijali.

    Jekk l-ilma mniġġes li jkun fih l-HCH ikun ittrattat barra l-impjant industrijali f’impjant ta’ trattament maħsub għall-eliminazzjoni ta’ HCH, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jippermetti l-valuri ta’ limitu biex jiġu applikati fejn l-ilma mniġġes iħalli l-impjant tat-trattament.

    3. L-awtorizzazzjonijiet li hemm ipprovduti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/464/KEE għandu jkollhom dispożizzjonijiet li jkunu stretti minn ta’ lanqas daqs dawk li hemm fl-Anness I għal din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni fejn Stat Membru jkun qed jikkonforma ma’ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE fuq il-bażi tal-Annessi II u IV għal din id-Direttiva.

    L-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu riveduti minn ta’ lanqas kull erba’ snin.

    4. Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tagħhom li ġejjin mill-paragarfi 1, 2 u 3 u għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/464/KEE, l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet għal impjanti ġodda, biss jekk dawk l-impjanti japplikaw l — standards ta’ kriterji li jikkorrispondu għall-aħjar mezzi tekniċi disponibbli meta dan ikun neċessarju għall-eliminazzjoni ta’ tniġġis in konformità ma’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva msemmija, jew għall-prevenzjoni ta’ tagħwiġ fil-kompetizzjoni.

    Kwalunkwe metodu li huwa jadotta, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fejn għal raġunijiet tekniċi l-miżuri fformulati ma jkunux jikkorrispondu għall-aħjar mezzi tekniċi disponibbli, jipprovdi lill-Kummissjoni, qabel kull awtorizzazzjoni, xiehda li ssaħħaħ dawn ir-raġunijiet.

    Il-Kumissjoni għandha tgħaddi din ix-xiehda lill-Istati Membri l-oħra immedjatament u għandha tibgħat lill-Istati Membri l-oħra rapport, kemm jista’ jkun malajr, li fih tagħti l-opinjoni tagħha dwar id-deroga msemmija fit-tieni subparagrafu. Jekk ikun meħtieġ, għandha tissottometti fl-istess ħin proposti xierqa lill-Kunsill.

    5. Il-metodu ta’ referenza ta’ analiżi li għandu jintuża biex jistabbilixxi l-preżenza ta’ HCH huwa mogħti fl-Anness III (1). Metodi oħra jistgħu jintużaw sakemm il-limiti ta’ tfittxija, preċiżjoni u eżattezza ta’ dawn il-metodi jkunu tajbin daqs dawk stabbiliti fl-Anness III (1). L-eżattezza meħtieġa fil-kejl ta’ skarikar hija mogħtija fl-Anness III (2).

    6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda in konformità ma’ din id-Direttiva ma jkunux jirriżultaw f’żieda ta’ tniġġis ta’ HCH f’mezzi oħra, speċjalment fl-arja u l-ħamrija.

    Artikolu 4

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza ta’ l-ambjent akwatiku affettwat skarikar industrijali.

    Fil-każ ta’ skarikar li jaffettwaw l-ilmijiet ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikooperaw bejniethom biex javviċinaw il-proċeduri ta’ sorveljanza.

    Artikolu 5

    1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel stima komparattiva ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ informazzjoni li din tkun ingħatat minnhom skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 76/464/KEE fuq talba tagħha stess, li hi għandha tissottometti każ b’każ. L-informazzjoni kkonċernata għandha, b’mod partikolari, tikkomprendi:

    - dettalji ta’ l-awtorizzazzjonijiet li jistabbilixxu standards ta’ emissjoni ta’ HCH,

    - ir-riżultati ta’ l-inventarju ta’ HCH li jkun intrema fl-ilmijiet msemmija fl-Artikolu 1(2),

    - ir-riżultati tal-kejl li jkun sar min-network nazzjonali mwaqqaf apposta biex jistabbilixxi l-konċentrazzjonijiet ta’ HCH.

    2. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-istima komparattiva msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kunsill kull ħames snin, u għall-ewwel darba wara erba’ snin wara n-notifika ta’ din id-Direttiva.

    3. Fil-każ li jkun hemm bidla fl-għarfien xjentifiku li jittratta prinċipalment dwar it-tossiċità, il-persistenza u l-akkumulazzjoni ta’ l-HCH fi ħlejjaq ħajjin u depożiti, jew fil-każ li jkun hemm żvilupp fl-aħjar mezzi tekniċi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa lill-Kunsill bl-iskop li tirrinforza, jekk ikun meħtieġ, il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità, jew li twaqqaf valuri ta’ limitu jew objettivi ta’ kwalità oħra.

    Artikolu 6

    1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’April 1986. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fid-9 ta’ Ottubru 1984.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Bruton

    [1] ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23.

    [2] ĠU 215, tal- 11.8.1983, p. 3.

    [3] ĠU 127, ta’ l- 14.5.1984, p. 138.

    [4] ĠU 57, tad- 29.2.1984, p. 1.

    [5] ĠU L 20, tas-26.1.1980, p. 43.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    VALURI TA’ LIMITU, LIMITI TA’ ŻMIEN GĦALL-KONFORMITA MA’ DAWN IL-VALURI U L-PRO¬EDURA GĦAS-SORVELJANZA TA’ SKARIKAR

    1. Valuri ta’ limitu u limiti ta’ żmien

    Settur industrijali | Unit ta’ kejl | Valuri ta’ limituli jridu jiġu mħarsa mill– |

    fl-1 ta’ April 1986. | fl-1 ta’ Ottubru 1988. |

    1.Impjant tal-produzzjoni tal-HCH | Grammi ta’ HCH għal kull tunnellata ta’ HCH prodott | 3 | 2 |

    Milligrammi ta’ HCH għal kull litru ta’ emissjoni | 3 | 2 |

    2.Impjant ta’ estrazzjoni ta’ lindane | Grammi ta’ HCH għal kull tunnellata ta’ HCH prodott | 15 | 4 |

    Milligrammi ta’ HCH għal kull litru ta’ emissjoni | 8 | 2 |

    3.Impjant fejn isiru l-produzzjoni ta’ HCH u l-estrazzjoni ta’ lindane | Grammi ta’ HCH għal kull tunnellata ta’ HCH prodott | 16 | 5 |

    Milligrammi ta’ HCH għal kull litru ta’ emissjoni | 6 | 2 |

    2. Il-valuri ta’ limitu espressi bħala konċentrazzjonijiet, li fil-prinċipju m’għandhomx ikunu aktar, huma mogħtija fit-tabella ta’ fuq. Fl-ebda ċirkustanza m’għandhom il-valuri ta’ limitu espressi bħala konċentrazzjonijiet massimi ikunu akbar mill-valuri ta’ limitu espressi bħala toqol diviż bil-kriterji ta’ l-ilma għal kull tunnellata ta’ HCH prodott jew ittrattat.

    Il-valuri ta’ limitu skond it-toqol mogħtija fit-tabella t’hawn fuq, espressi f’termini tal-kwantità ta’ HCH skarikat in relazzjoni mal-kwantità ta’ HCH prodott jew ittrattat, għandhom ikunu mħarsa fil-każijiet kollha.

    3. Il-valuri ta’ limitu medji ta’ kuljum ikunu, meta sorveljati in konformità mad-dispożizzjonijiet fil-punti 4 u 5 taħt, id-doppju tal-valuri ta’ limitu medji ta’ xahar li jikkorrispondu, mogħtija fit-tabella ta’ fuq.

    4. Għandha titwaqqaf proċedura ta’ sorveljanza biex tivverifika jekk l-iskarikar ikunx konformi ma’ l-i standards ta’ emissjoni li jkunu ġew iffissati skond din id-Direttiva.

    Din il-proċedura għandha tipprovdi għat-teħid u l-analiżi ta’ kampjuni u għall-kejl ta’ l-iskarikar ta’ tniġġis u l-kwantità ta’ HCH li jkun ġie prodott u ttrattat. Jekk il-kwantità ta’ HCH prodott jew ittrattat tkun impossibbli li tiġi stabbilita, il-proċedura ta’ sorveljanza tista’, l-aktar, tkun ibbażata fuq il-kwantità ta’ HCH li jista’ jiġi prodott jew ittrattat matul il-perjodu in kwistjoni, waqt li jkunu kkunsidrati l-impjanti ta’ produzzjoni li jkunu qed joperaw fi ħdan il-limiti li fuqhom kienet ġiet ibbażata l-awtorizzazzjoni.

    5. Għandu jittieħed kampjun rapprezentattiv ta’ l-iskarikar fuq perjodu ta’ 24 siegħa. Il-kwantità ta’ emissjoni ta’ HCH fuq perjodu ta’ xahar għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-kwantitajiet ta’ kuljum ta’ emissjoni ta’ HCH.

    Iżda, tista’ tiġi stabbilita proċedura ta’ sorveljanza simplifikata fil-każ ta’ impjanti industrijali li minnhom ma jkunx hemm skarikar ta’ aktar minn 3 kg ta’ HCH fis-sena.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    OBJETTIVI TA’ KWALITÀ

    Għal dawk l-Istati Membri li japplikaw l-eċċezzjoni li hemm ipprovduta fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE, l-i standards ta’ emissjoni li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jiżguraw li jkunu applikati, skond l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva, għandhom jiġu ffissati biex l-għan jew l-objettivi ta’ kwalità xierqa minn fost dawk imniżżla fil-lista ta’ taħt ikun (ikunu) mħarsa fiż-żona affettwata bl-emissjoni ta’ l-HCH. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi ż-żona affettwata f’kull każ u għandha tagħżel minn fost l-objettivi ta’ kwalita li jidhru fil-paragrafu 1 l-objettiv jew l-objettivi li din taħseb li jkunu adatti, wara li tkun ikkunsidrat l-użu speċifiku taż-żona affettwata, waqt li tikkunsidra wkoll il-fatt li l-għan ta’ din id-Direttiva huwa biex jiġi eliminat it-tniġġis kollu.

    1. Dawn l-objettivi ta’ kwalità li ġejjin [1], li jitkejlu f’post li jkun suffiċjentement qrib fejn iseħħ l-iskarikar huma stabbiliti in konformità ma’ l-Artikolu 2 ta’ Direttiva 76/464/KEE, bl-iskop li jiġi eliminat it-tniġġis fi ħdan it-tifsira ta’ dik id-Direttiva [2].

    1.1. Il-konċentrazzjoni totali ta’ l-HCH fl-ilmijiet tal-wiċċ fuq in-naħa ta’ ġewwa li jkunu ġew affettwati minn skarikar ma tistax teċċedi aktar minn 100 nanogram għal kull litru.

    1.2. Il-konċentrazzjoni totali ta’ l-HCH f’ilmijiet ta’ estwarji u ibħra territorjali m’għandhiex teċċedi aktar minn 20 nanogram għal kull litru.

    1.3. Fil-każ ta’ ilma użat biex isir ilma tajjeb għax-xorb, il-kontenut ta’ l-HCH għandu jkun konformi mal-kriterji tad-Direttiva 75/440/KEE [3].

    2. Barra l-kriterji t’hawn fuq, il-konċentrazzjonijiet ta’ l-HCH fl-ilmijiet tal-wiċċ li jkunu fin-naħat ta’ ġewwa għandhom jiġu stabbilti min-network nazzjonali msemmi fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva u r-riżultati għandhom ikunu paragunati ma’ konċentrazzjoni totali ta’ l-HCH ta’ 50 nanogram għal kull litru.

    Jekk din il-konċentrazzjoni ma tkunx imħarsa f’xi wieħed mill-postijiet tan — network nazzjonali, ir-raġunijiet għandhom ikunu rrapurtati lill-Kummissjoni.

    3. Il-konċentrazzjoni totali ta’ HCH f’depożiti u/jew molluski u/jew frott tal-baħar u/jew ħut m’għandhiex tiżdied b’mod sinifikanti maż-żmien.

    4. Fejn diversi objettivi ta’ kwalità jkunu applikati għal ilmijiet f’xi żona partikulari, il-kwalità ta’ l-ilmijiet għandha tkun suffiċjenti biex din tikkonforma ma’ kull wieħed minn dawk l-oġġettivi.

    [1] Il-konċentrazzjonijiet indikati f’1.1 u 1.2 huma l-kriterji minimi meħtieġa biex jipproteġu l-ħajja ta’ l-ilma mit-tniġġis fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(2)(e) tad-Direttiva 76/464/KEE.

    [2] Bl-eċċezzjoni tal-objettiv ta’ kwalità 1.3, il-konċentrazzjonijiet kollha huma marbuta mal-medja aritmetika tar-riżultati miksuba f’sena.

    [3] Id-Direttiva 75/440/KEE tikkonċerna l-kwalità meħtieġa ta’ ilma tal-wiċċ maħsub biex isir tajjeb għax-xorb fl-Istati Membri (ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 26). Hija tipprovdi għal valur ta’ "pestiċidi totali" (inluż l-HCH) mandatorju.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    METODI TA’ KEJL

    1. Il-metodu ta’ referenza ta’ analiżi biex tiġi stabbilita l-konċentrazzjoni tas-sustanzi in kwistjoni fi skarikar u f’ilmijiet għandu jkun dak magħruf bl-Ingliż bħala "gas chromotography with electron capture detection" wara li tkun saret estrazzjoni permezz ta’ solvent u purifikazzjoni xierqa.

    L-eżattezza [1] u l-preċiżjoni [2] tal-metodu għandhom ikunu ± 50 % f’konċentrazzjoni li tirrappreżenta d-doppju tal-valur tal-limitu ta’ determinazzjoni.

    Il-limitu ta’ determinazzjoni [3] għandu jkun:

    - fil-każ ta’ skarikar, wieħed minn kull għaxra tal-konċentrazzjoni meħtieġa fejn jittieħed il-kampjun;

    - fil-każ ta’ ilmijiet, suġġett għal objettiv ta’ kwalità:

    (i) għall-ilmijiet tal-wiċċ fuq in-naħat ta’ ġewwa, wieħed minn kull għaxra tal-konċentrazzjoni indikata fl-objettiv ta’ kwalità;

    (ii) għall-ilmjiet tributarji u ibħra territorjali, wieħed minn kull ħamsa tal-konċentrazzjoni indikata fl-objettiv ta’ kwalità;

    - fil-każ ta’ depożiti, 1 g/kg, toqol xott;

    - fil-każ ta’ ħlejjaq ħajjin, 1 mg/kg, toqol imxarrab.

    2. Il-kejl ta’ emissjoni ta’ tniġġis għandu jsir fuq bażi ta’ eżattezza ta’ ± 20 %.

    [1] Id-definizzjonijiet ta’ dawn it-termini huma mogħtija fid-Direttiva 79/869/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1979 dwar il-metodi ta’ kejl, il-frekwenzi ta’ kemm jittieħdu kampjuni u dwar l-analiżi ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsub biex isir tajjeb għax-xorb fl-Istati Membri (ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44).

    [2] Id-definizzjonijiet ta’ dawn it-termini huma mogħtija fid-Direttiva 79/869/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1979 dwar il-metodi ta’ kejl, il-frekwenzi ta’ kemm jittieħdu kampjuni u dwar l-analiżi ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsub biex isir tajjeb għax-xorb fl-Istati Membri (ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44).

    [3] Id-definizzjonijiet ta’ dawn it-termini huma mogħtija fid-Direttiva 79/869/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1979 dwar il-metodi ta’ kejl, il-frekwenzi ta’ kemm jittieħdu kampjuni u dwar l-analiżi ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsub biex isir tajjeb għax-xorb fl-Istati Membri (ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    PROCEDURA GĦAS-SORVELJANZA TAL-OBJETTIVI TA' KWALITA

    1. Għal kull awtorizzazzjoni mogħtija skond din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika r-regoli dettaljati dwar il-proċedura ta' sorveljanza u l-limiti ta' żmien biex din tiżgura konformità mal-objettiv (jew objettivi) ta' kwalità kkonċernat(i).

    2. Skond l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE, l-Istati Membri għandhom, għal kull objettiv ta' kwalità magħżul u applikat, jirrappurtaw lill-Kummissjoni fuq:

    - il-postijiet ta' skarikar u l-mezzi li jwasslu għal din,

    - iż-żona li fiha l-objettiv ta' kwalità jkun applikat,

    - il-lokazzjoni fejn ikunu ttieħdu l-kampjuni,

    - il-frekwenza ta' kemm ikunu ttieħdu kampjuni,

    - il-metodi ta' kif ikunu ttieħdu l-kampjuni u kif dawn jitkejlu,

    - ir-riżultati miksuba.

    3. Il-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi b'mod suffiċjenti tal-kwalità ta' l-ambjent akwatiku fiż-żona affettwata mill-iskarikar, u l-frekwenza ta' kemm ikunu ttieħdu kampjuni għandha tkun suffiċjenti biżżejjed biex turi xi tibdiliet li jkunu saru fl-ambjent akwatiku, wara li jkunu ġew ikkunsidrati b'mod partikulari l-varjazzjonijiet naturali fir-reġim ta' l-ilma.

    --------------------------------------------------

    Top