Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2010_252_R_0119_01

    2010/508/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta’ Mejju 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008
    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta’ Mejju 2010 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

    ĠU L 252, 25.9.2010, p. 119–122 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 252/119


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tal-5 ta’ Mejju 2010

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

    (2010/508/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jwaqqaf iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0071/2010),

    1.

    Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2008;

    2.

    Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’ hawn taħt;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Jerzy BUZEK

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 107.

    (2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

    (4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tal-5 ta’ Mejju 2010

    li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jwaqqaf iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0071/2010),

    A.

    billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri indikat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati huma legali u regolari,

    B.

    billi, fit-23 ta’ April 2009, il-Parlament ta kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2007 (5), u billi fir-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, il-Parlament, inter alia:

    innota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri fir-rapport tagħha tal-2006 li l-eċċess tal-baġit akkumulat għall-2006 kien jammonta għal EUR 16 900 000 u li, fl-2007, iċ-Ċentru kellu jirrimborsa EUR 9 300 000 lill-klijenti tiegħu; qabel mal-opinjoni tal-Qorti tal-Awditui li tali akkumulu ta’ eċċess kien jagħti x’wieħed jifhem li l-metodu użat miċ-Ċentru biex jistabbilixxi l-prezz tat-traduzzjonijiet tiegħu ma kienx preċiż biżżejjed,

    talab lill-Kummissjoni u liċ-Ċentru biex jimpenjaw ruħhom biex isolvu malajr it-tilwima ta’ bejniethom dwar il-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-persunal;

    Prestazzjoni

    1.

    Jifraħ liċ-Ċentru talli żviluppa strumenti tal-informatika effiċjenti, il-FLOSYSWEB, li jintuża mill-klijenti biex jibagħtu t-traduzzjonijiet, bil-klijenti li jagħżlu bejn formati differenti u jirċievu t-traduzzjonijiet lura permezz tal-istess sistema;

    L-eċċess tal-baġit jikser ir-Regolament li jistabbilixxi ċ-Ċentru

    2.

    Jinnota li għal diversi snin, iċ-Ċentru kellu eċċess akkumulat ta’ baġit li jikser ir-Regolament (KE) Nru 2965/94, u li fl-2008 l-eċċess kien jammonta għal 26 700 000 EUR (waqt li kien ta’ 16 900 000 EUR fl-2006, 10 500 000 EUR fl-2005 u 3 500 000 EUR fl-2004); jinnota li dan l-eċċess huwa dovut, essenzjalment, għan-nuqqas ta’ preċiżjoni fil-previżjonijiet relatati mat-talbiet għal traduzzjoni li rċieva mingħand il-klijenti tiegħu; jitlob liċ-Ċentru biex jieħu miżuri aktar effettivi biex jirrimedja għal din iż-żieda kostanti fl-eċċess ta’ baġit li għandu;

    3.

    Jinnota li, fl-2009, iċ-Ċentru rrimborsa 11 450 000 EUR lill-klijenti tiegħu; jenfasizza li fl-2007 ċ-Ċentru kien diġà rrimborsa 9 300 000 EUR lill-klijenti tiegħu;

    4.

    Jinnota li fis-sena 2008 ċ-Ċentru rrapporta dħul mill-interessi ta’ 1 580 984,34 EUR; jikkonkludi mir-rendikonti finanzjarji u mil-livell tal-pagamenti tal-imgħax li ċ-Ċentru jżomm permanentement livell estremament għoli ta’ riżervi ta’ flus kontanti; jinnota li sal-31 ta’ Diċembru 2008 l-ammont tar-riżervi ta’ flus kontanti taċ-Ċentru kien ta’ EUR 48 405 006,88; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina xi skop hemm biex tgħin tassigura li l-prinċipju ta’ ġestjoni ta’ kontanti abbażi tal-ħtiġijiet stabbilit mill-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, jiġi mplimentat bi sħiħ, skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, u x’tibdil irid isir fl-istrateġija sabiex ir-riżervi ta’ flus kontanti taċ-Ċentru jinżammu permanentament baxxi kemm jista’ jkun; jistieden liċ-Ċentru biex fil-futur joffri lill-klijenti tiegħu servizzi li jkopru l-ispejjeż;

    Kontribuzzjonijiet għall-pensjonijiet tal-persunal

    5.

    Jikkunsidra li hu ta’ dispjaċir kbir li, għalkemm din il-kwistjoni ġiet enfasizzata fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tul ħafna snin, għadha ma nstabitx soluzzjoni għall-kunflitt bejn iċ-Ċentru u l-Kummissjoni dwar il-kontribuzzjoni ta’ min iħaddem għall-iskema tal-pensjonijiet tal-persunal;

    6.

    Jinnota bi tħassib li dan il-kunflitt mal-Kummissjoni liċ-Ċentru jiswielu bosta miljuni; josserva partikolarment li fl-2008 ċ-Ċentru stabbilixxa riserva ta’ 15 300 000 EUR biex jagħmel tajjeb għall-konsegwenzi ta’ dan il-kunflitt; jitlob, għalhekk, li ċ-Ċentru jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress tan-negozjati u dwar l-ispejjeż għall-persunal (f’termini ta’ żmien u nfiq) li ġġarrbu bħala riżultat ta’ din il-kwistjoni;

    Verifika interna

    7.

    Jinnota li ċ-Ċentru waqqaf servizz ta’ verifika interna fl-2006 u li hemm impjegat f’din il-funzjoni sa minn Frar 2008;

    8.

    Jirrikonoxxi li l-parti l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tas-Servizzi ta’ Verifika Interna (IAS) issa ġew implimentati; jikkunsidra li hu importanti ħafna li ċ-Ċentru jimplimenta bis-sħiħ politika dwar impjiegi sensittivi u mobilità tal-persunal;

    Riżorsi umani

    9.

    Josserva li f’Diċembru 2008 kienu impjegati uffiċjali u persunal temporanju għal biss 81 % tal-impjiegi previsti; jinnota li ċ-Ċentru ġġustifika din il-figura inadegwata bin-nuqqas ta’ spazju għall-uffiċċji, li minħabba fih kien impossibbli li jsir reklutaġġ skont l-organigramma; iqis madankollu li ċ-Ċentru għandu jippjana l-proċeduri ta’ reklutaġġ tiegħu b’mod iktar realistiku u effikaċi sabiex jirrispetta l-limiti ta’ żmien u jissodisfa l-bżonnijiet kollha li jirriżultaw miż-żieda fil-persunal taċ-Ċentru;

    10.

    Iħeġġeġ liċ-Ċentru biex jistabbilixxi korsijiet ta’ taħriġ komprensivi bbażati fuq il-ħiliet u l-kapaċitajiet meħtieġa mill-persunal sabiex iżomm għoli l-livell ta’ kompetenza tal-persunal tiegħu; barra minn hekk jappoġġja ċ-Ċentru fil-passi li ħa sabiex jissorvelja effetivament il-kwalità tal-korsijiet tat-taħriġ tiegħu;

    11.

    Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra, ta’ natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 (6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


    (1)  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 107.

    (2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

    (4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

    (5)  ĠU L 255, 26.9.2009, p. 145.

    (6)  Testi adottati, P7_TA(2010)0139 (ara paġna 241 ta' dan il-Ġurnal Ufficiali).


    Top