Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Deterġenti aktar sikuri għall-konsumaturi Ewropej

Deterġenti aktar sikuri għall-konsumaturi Ewropej

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 dwar id-deterġenti

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 jistabbilixxi regoli komuni li jippermettu li d-deterġenti1 u t-tensjoattivi2 jinbiegħu u jintużaw madwar l-Unjoni Ewropea (UE) filwaqt li jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem.
  • Id-deterġenti jista’ jkun fihom ingredjenti msejħa tensjoattivi li jagħmluhom nodfa b’mod aktar effiċjenti iżda jistgħu jagħmlu ħsara lill-kwalità tal-ilma meta jiġu rilaxxati fl-ambjent naturali. Għalhekk l-użu tagħhom għandu jiġi kkontrollat sew.
  • Ir-regolament jippermetti biss aġenti tensjoattivi li jissodisfaw il-kriterju ta’ bijodegradabilità finali3 biex jitqiegħed fis-suq, waħedhom (eż. bħala taħlitiet kostitwenti użati fil-manifattura tad-deterġenti) jew bħala ingredjenti f’deterġenti.
  • Ir-regolament huwa mħassar bir-Regolament (UE) 2026/405 dwar id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi mit-.

PUNTI EWLENIN

  • Il-leġiżlazzjoni tarmonizza l-metodi ta’ ttestjar sabiex tiddetermina l-bijodegradabilità tal-aġenti tensjoattivi kollha li jintużaw fid-deterġenti. Dawn ikopru l-bijodegradabilità primarjau finali4.
  • It-testijiet iridu jitwettqu f’laboratorji li jissodisfaw standards rikonoxxuti fuq il-livell internazzjonali.
  • Il-manifatturi huma responsabbli sabiex jiżguraw li l-prodotti tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni.
  • Il-manifatturi jridu jagħmlu disponibbli l-fajls dwar ir-riżultati tat-testijiet lill-awtoritajiet rilevanti u karta ta’ tagħrif dwar l-ingredjenti lill-persunal mediku, mingħajr dewmien u fuq talba.
  • L-informazzjoni fuq l-ippakkjar tad-deterġenti trid tkun tista’ tinqara, viżibbli u ma tkunx tista’ titħassar. Din tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt għall-manifattur u l-karta ta’ tagħrif.
  • It-tikketti fuq id-deterġenti mibjugħa għall-użu mill-pubbliku jridu jipprovdu dettalji ta’ dożaġġi rakkomandati għal ħasliet differenti f’magna tal-ħasil standard.
  • L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jipprojbixxu deterġent speċifiku jekk iqisu li huwa ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għall-ambjent. Huma jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri l-oħra tal-UE bid-deċiżjoni.

Fl-2012, il-leġiżlazzjoni ġiet emendata sabiex tarmonizza regoli biex jiġi limitat il-kontenut ta’ fosfati u komposti tal-fosfru oħrajn f’deterġenti għall-ħasil domestiku tal-ħwejjeġ u magni għall-ħasil tal-platti.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mit-.

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 jitħassar bir-Regolament (UE) 2026/405 (ara s-sommarju) mit-.

SFOND

  • Il-leġiżlazzjoni preċedenti kienet tkopri biss il-bijodegradabilità primarja tal-aġent tensjoattiv fid-deterġenti. Dan ir-regolament jissostitwixxiha billi jagħmel enfasi fuq il-bijodegradabilità finali.
  • L-emenda tal-2012 tintroduċi limiti ġodda sabiex titnaqqas il-ħsara li l-fosfati mid-deterġenti jista’ jkollhom fuq l-ekosistemi u l-kwalità tal-ilma, li huwa magħruf bħala “ewtrofikazzjoni”.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Deterġent. Kwalunkwe sustanza jew preparazzjoni, kemm likwida, f’forma ta’ trab jew forma oħra, li fiha sapun u/jew aġenti tensjoattivi għall-ħasil jew għat-tindif.
  2. Aġent tensjoattiv. Wieħed mill-ħafna komposti differenti li huwa magħmul minnhom deterġent. L-aġenti tensjoattivi jiġu miżjuda sabiex ineħħu l-ħmieġ mill-ġilda, ħwejjeġ u oġġetti tad-dar, b’mod partikolari fil-kċejjen u l-kmamar tal-banju. Dawn ibaxxu t-tensjoni tal-wiċċ bejn żewġ likwidi jew bejn likwidu u solidu. Jistgħu jaġixxu wkoll bħala aġenti li jnaqqsu t-tensjoni tas-superifċje, emulsifikaturi jew aġenti li jagħmlu r-ragħwa. It-terminu ġej minn “aġent attiv fil-wiċċ”.
  3. Bijodegradabilità finali. Meta aġent tensjoattiv jitkisser f’diossidu tal-karbonju, ilma u melħ minerali u jiġi assorbit fl-ambjent.
  4. Bijodegradabilità primarja. Meta aġent tensjoattiv jitlef il-kapaċità tiegħu ta’ aġent attiv fil-wiċċ. Huwa importanti li din il-kapaċità tintilef biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq impjanti tat-trattament tal-ilma.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar diterġenti (ĠU L 104, , pp. 1–35).

L-emendi suċċessivi Regolament (KE) Nru 648/2004 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top