This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Legislative procedures
Proċeduri leġiżlattivi
Proċeduri leġiżlattivi
Proċeduri leġiżlattivi
SOMMARJU TA’:
Artikolu 289 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLU 289 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA?
Huwa jfassal mill-ġdid il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet preċedenti tal-UE, u b’hekk isaħħaħ il-kapaċità tagħha li tieħu deċiżjonijiet u azzjoni.
PUNTI EWLENIN
L-Artikolu 289 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jikkonċerna żewġ tipi ta’ proċeduri leġiżlattivi:
Proċedura leġiżlattiva ordinarja
Proċeduri leġiżlattivi speċjali
Il-proċeduri leġiżlattivi speċjali, kif jimplika l-isem tagħhom, huma l-eċċezzjoni mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dawn jintużaw f’ċerti oqsma ta’ politika li huma aktar sensittivi. Għall-kuntrarju tal-każ tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, it-TFUE ma jagħtix deskrizzjoni preċiża tal-proċeduri leġiżlattivi speċjali. Ir-regoli għal dawn għalhekk jiġu ddefiniti fuq bażi ta’ każ b’każ mill-artikoli tat-trattat li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom.
Skont il-proċeduri leġiżlattivi speċjali, fil-prattika, il-Kunsill huwa l-uniku leġiżlatur. Il-Parlament huwa sempliċement assoċjat mal-proċedura. Ir-rwol tiegħu għalhekk huwa limitat għal konsultazzjoni (bħal skont l-Artikolu 89 tat-TFUE li jikkonċerna operazzjonijiet transkonfinali tal-pulizija) jew kunsens (bħal skont l-Artikolu 86 tat-TFUE li jikkonċerna l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew), skont il-każ.
SFOND
DOKUMENT EWLIENI
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — is-Sitt Parti: Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I: Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 2: Atti legali tal-Unjoni, proċeduri ta’ adozzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn — Taqsima 1: L-atti legali tal-Unjoni (Artikolu 289) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 172)
l-aħħar aġġornament 11.10.2017