Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-armonizzazzjoni tal-istatistika dwar id-dħul nazzjonali gross fil-livell tal-Unjoni Ewropea

L-armonizzazzjoni tal-istatistika dwar id-dħul nazzjonali gross fil-livell tal-Unjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2019/516 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Definizzjonijiet

Ir-Regolament jirrikjedi li d-DNG u l-prodott domestiku gross bi prezzijiet tas-suq (PDG)* jiġu definiti skont l-ESA 2010.

It-trażmissjoni ta’ data u informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni Ewropea

L-Istati Membri tal-UE għandhom:

  • jikkalkulaw id-DNG;
  • qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, jipprovdu lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Kummissjoni (Eurostat) b;data relatata mas-sena ta’ qabel u kwalunkwe tibdil li jkun sar fid-data għas-snin ta’ qabel, bħal:
    • ċifri għall-aggregati tad-DNG u l-komponenti tagħhom;
    • somom totali għall-PDG u l-komponenti tiegħu (skont it-tliet approċċi);
  • għandhom jakkumpanjaw din id-data b’rapport dwar il-kwalità tad-data tad-DNG li għandu jispeċifika fid-dettall il-metodoloġija użata biex tiġi prodotta d-data, u b’mod partikolari għandu jiddeskrivi kull tibdil sinifikanti fis-sorsi u fil-metodi użati u jispjega r-reviżjonijiet li saru fl-aggregati tad-DNG u l-komponenti tagħhom meta mqabbla mal-perjodi preċedenti;
  • għandhom jipprovdu lill-Eurostat inventarju tas-sorsi u l-metodi użati biex jipproduċu l-aggregati tad-DNG u l-komponenti tagħhom.

Proċeduri u kontrolli fuq il-kalkolu tad-DNG

Grupp ta’ esperti, stabbilit minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni u magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri, ġie stabbilit biex:

  • jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-komparabbiltà, l-affidabbiltà u l-kompletezza tal-kalkoli tad-DNG;
  • jeżamina l-aspetti tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament;
  • joħroġ opinjonijiet annwali dwar il-kwalità tad-data tad-DNG sottomessa mill-Istati Membri għal finijiet ta’ riżorsi proprji.

Fir-rigward tal-inventarji pprovduti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni se tivverifika s-sorsi u l-użi u l-metodi tagħhom, fosthom billi twettaq żjarat ta’ informazzjoni.

Atti ta’implimentazzjoni u delegati

Ir-regolament jagħti lill-Kummissjoni setgħat biex tadotta:

  • atti delegati li jistabbilixxu l-lista ta’ kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati f’kull ċiklu ta’ verifika sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà, il-kompletezza u l-ogħla livell possibbli ta’ komparabbiltà tad-data tad-DNG, f’konformità mal-ESA 2010;
  • atti ta’ implimentazzjoni speċifiċi sabiex id-data tad-DNG tkun aktar komparabbli, affidabbli u eżawrjenti, ibbażata fuq il-lista ta’ kwistjonijiet stabbiliti fl-atti delegati.

F’Ottubru 2020, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1546, li jistabbilixxi l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati tal-inventarju tas-sorsi u l-metodi użati għall-produzzjoni tal-aggregati tad-DNG u l-komponenti tagħhom skont l-ESA 2010.

F’Novembru 2021, il-Kummissjoni adottat:

  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1947 li jiddefinixxi t-territorju ġeografiku tal-Istati Membri għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/516;
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1948 dwar it-trattament tal-ħlas lura tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lil persuni mhux taxxabbli u lil nies taxxabbli għall-attivitajiet eżentati tagħhom għall-għanijiet tar-Regolament (U) 2019/516;
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1949 dwar il-prinċipji għall-istima tas-servizzi tal-abitazzjoni għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/516.

F’Novembru 2023, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2493 dwar it-trattament għall-finijiet tal-kontijiet nazzjonali tal-VAT mhux miġbura minħabba frodi tal-VAT u minħabba insolvenza (id-diskrepanza bejn l-irċevuti tal-VAT teoretika u l-irċevuti tal-VAT effettiva).

Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika

Il-Eurostat huwa megħjun u jingħata pariri mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, li huwa magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri u ppresedut mill-Kummissjoni.

Rapport

Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tar-regolament qabel l-iskadenza tagħha tal-1 ta’ Jannar 2023.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mit-18 ta’ April 2019.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Id-dħul nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (DNG). Id-dħul primarju totali riċevibbli minn unitajiet istituzzjonali residenti: kumpens tal-impjegati, taxxi fuq il-produzzjoni u importazzjonijiet nieqes is-sussidji, dħul mill-proprjetà (riċevibbli nieqes pagabbli), surplus operatorju gross u dħul imħallat gross. Id-DNG huwa daqs il-PDG meta minnu jitnaqqas id-dħul primarju pagabbli minn unitajiet istituzzjonali residenti lil unitajiet istituzzjonali mhux residenti u jiżdied id-dħul primarju riċevibbli minn unitajiet istituzzjonali residenti mill-bqija tad-dinja.
Id-dħul domsetiku gross bi prezzijiet tas-suq (DNG). Dan jista’ jiġi ddefinit bi tliet modi.
  • 1.

    Approċċ tal-produzzjoni. Il-PDG huwa s-somma tal-valur gross miżjud tad-diversi setturi istituzzjonali jew id-diversi industriji biż-żieda tat-taxxi u t-tnaqqis tas-sussidji fuq il-prodotti (li mhumiex allokati għal setturi u industriji). Huwa wkoll l-entrata saldatorja fil-kont tal-produzzjoni tal-ekonomija totali.

  • 2.

    Approċċ tan-nefqa. Il-PDG huwa s-somma tal-użi finali tal-oġġetti u s-servizzi minn unitajiet istituzzjonali residenti (konsum finali u formazzjoni grossa ta’ kapital), biż-żieda tal-esportazzjonijiet u t-tnaqqis tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti u servizzi.

  • 3.

    Approċċ tad-dħul. Il-PDG huwa s-somma tal-użi fil-kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul tal-ekonomija totali (kumpens tal-impjegati, taxxi fuq il-produzzjoni u importazzjonijiet nieqes is-sussidji, surplus operatorju gross u dħul imħallat tal-ekonomija totali).

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (ir-Regolament dwar id-DNG) (ĠU L 91, 29.3.2019, pp. 19–24).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2493 tal-15 ta’ Novembru 2023 dwar it-trattament għall-finijiet tal-kontijiet nazzjonali tal-VAT mhux miġbura minħabba frodi tal-VAT u minħabba insolvenza (id-diskrepanza bejn l-irċevuti tal-VAT teoretika u l-irċevuti tal-VAT effettiva) għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (ĠU L 2023/2493, 16.11.2023).

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/768 tat-30 ta’ April 2021 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014 (ĠU L 165, 11.5.2021, pp. 1–8).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1947 tal-10 ta’ Novembru 2021 dwar id-definizzjoni tat-territorju ġeografiku tal-Istati Membri għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (ir-Regolament dwar id-DNG) u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/450/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2005 (ĠU L 398, 11.11.2021, pp. 1–3).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1948 tal-10 ta’ Novembru 2021 dwar it-trattament tar-rimborż tal-VAT lil persuni mhux taxxabbli u lil persuni taxxabbli għall-attivitajiet eżentati tagħhom għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul (introjtu) nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (Regolament ING) u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/622/KE, Euratom u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 116/2005 (ĠU L 398, 11.11.2021, pp. 4–5).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1949 tal-10 ta’ Novembru 2021 dwar il-prinċipji għall-istima tas-servizzi tal-abitazzjoni għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul (introjtu) nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (Regolament ING) u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/309/KE, Euratom u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1722/2005 (ĠU L 398, 11.11.2021, pp. 6–18).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1546 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li tistabbilixxi l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati tal-inventarju tas-sorsi u l-metodi użati għall-produzzjoni tal-aggregati tal-introjtu nazzjonali gross u l-komponenti tagħhom skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA 2010) (ĠU L 354, 26.10.2020, pp. 1–3).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2147 tat-8 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddefinixxi l-lista ta’ kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati f’kull ċiklu ta’ verifika (ĠU L 428, 18.12.2020, p. 9).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2019 li twaqqaf il-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar id-dħul nazzjonali gross (ĠU C 174, 21.5.2019, pp. 5–8).

Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Seba’ Parti — Dispożizzjonijiet ġenerali u finali — l-Artikolu 338 (ex Artikolu 285 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 192–193).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/EU, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, pp. 105–111).

Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, pp. 1–727).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, pp. 164–173).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 08.01.2024

Top