Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Żona Ewropea tal-edukazzjoni sal-2025

Żona Ewropea tal-edukazzjoni sal-2025

 

SOMMARJU TA’:

Il-Komunikazzjoni (COM(2017) 673 final) — It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-edukazzjoni u l-kultura

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Il-Kummissjoni Ewropea kkontribwiet ideat għal-laqgħa tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea (UE) fis-Summit Soċjali f’Novembru 2017 f’Gothenburg, biex tistimula diskussjoni dwar il-futur tal-edukazzjoni u l-kultura. Bħala parti mid-dibattitu li għaddej dwar il-futur tal-Ewropa, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-viżjoni tagħha ta’ żona Ewropea tal-edukazzjoni sal-2025, u tibni fuq inizjattivi bħal:

Huwa fl-interess tal-Istati Membri kollha tal-UE li jagħmlu użu mill-potenzjal sħiħ tal-edukazzjoni u l-kultura bħala muturi tal-impjiegi, tal-ġustizzja soċjali, taċ-ċittadinanza attiva u tat-tkabbir ekonomiku u bħala mezz biex tiġi esperjenzata l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha.

PUNTI EWLENIN

Il-Kummissjoni qed titlob aġenda Ewropea ambizzjuża dwar l-edukazzjoni u l-kultura biex tindirizza:

  • l-isfidi li qed taffaċċja l-UE bħal:
    • id-diġitalizzazzjoni;
    • iż-żieda fl-inugwaljanzi;
    • forza tax-xogħol li qed tixjieħ;
  • il-ħtieġa li jittejbu:
    • il-ħiliet u l-kompetenzi; u
    • il-ħsieb kritiku u l-litteriżmu fil-media, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati l-aħbarijiet “foloz” u biex tittieħed azzjoni kontra l-populiżmu u l-ksenofobija.

Hija qed tipproponi li taħdem b’mod konġunt mal-Istati Membri lejn żona Ewropea tal-edukazzjoni bbażata fuq il-fiduċja, ir-rikonoxximent reċiproku, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, il-mobilità u t-tkabbir.

Iż-żona Ewropea tal-edukazzjoni — tliet fergħat ewlenin:

  • It-tisħiħ tal-mobilità transfruntiera.
  • L-investiment fin-nies u fl-edukazzjoni tagħhom.
  • It-tisħiħ tas-sens tan-nies tal-identità Ewropea u tal-għarfien tal-wirt kulturali.

Karatteristiċi essenzjali

Il-passi proposti għal żona Ewropea tal-edukazzjoni jinkludu dawn li ġejjin:

  • li l-mobilità ssir realtà għal kulħadd bl-espansjoni tal-parteċipazzjoni fil-programm Erasmus+ u fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-ħolqien ta’ Kard tal-Istudenti tal-UE li tippermetti mod ġdid faċli sabiex tiġi maħżuna l-informazzjoni fir-rekords akkademiċi ta’ persuna;
  • bidu ta’ proċess ġdid, li jibni fuq il-proċess ta’ Bologna biex iħejji t-triq għar-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi tal-edukazzjoni għolja u tal-iskejjel;
  • koperazzjoni akbar fl-iżvilupp tal-kurrikula biex jiġi żgurat li s-sistemi edukattivi jagħtu l-għarfien u l-ħiliet li huma essenzjali għad-dinja tal-lum;
  • it-titjib fit-tagħlim tal-lingwi bil-għan li jiġi żgurat li sal-2025 iż-żgħażagħ kollha Ewropej li jlestu l-edukazzjoni sekondarja jkollhom għarfien tajjeb ta’ żewġ lingwi minbarra l-lingwa materna tagħhom;
  • il-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja u ż-żieda tas-sehem tan-nies involuti fit-tagħlim tul il-ħajja għal 25 % sal-2025;
  • l-integrazzjoni tal-innovazzjoni u tal-ħiliet diġitali fl-edukazzjoni bil-promozzjoni ta’ taħriġ innovattiv u diġitali u t-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni ġdid dwar l-edukazzjoni diġitali;
  • appoġġ lill-għalliema bil-possibbiltà għal aktar għalliema biex jipparteċipaw fil-programm Erasmus+ u fil-pjattaforma tal-eTwinning u tkun offruta gwida dwar il-politika dwar l-iżvilupp professjonali tagħhom;
  • il-ħolqien ta’ network li jippermetti lill-universitajiet Ewropej ta’ klassi dinjija jaħdmu flimkien b’mod transfruntier u l-ħolqien ta’ Skola tal-governanza Ewropea u tranżnazzjonali;
  • investiment fl-edukazzjoni permezz tas-semestru Ewropew biex jappoġġa riformi strutturali ħalli tittejjeb il-politika tal-edukazzjoni permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament tal-UE u billi jiġi stabbilit punt ta’ referenza għall-investiment fl-edukazzjoni għal 5 % tal-PDG;
  • il-preservazzjoni tal-wirt kulturali u t-trawwim ta’ sens ta’ identità u kultura Ewropea bl-iżvilupp ta’ aġenda Ewropea ġdida għall-kultura permezz tal-momentum tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 u t-tħejjija ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar valuri komuni, edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim;
  • it-tisħiħ tad-dimensjoni Ewropea tal-Euronews sabiex ikun hemm stazzjon ta’ aħbarijiet li joffri informazzjoni indipendenti u ta’ kwalità għolja b’perspettiva wiesgħa Ewropea.

Komunikazzjoni tal-2020

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, maħruġa matul il-pandemija tal-COVID-19, tibni fuq il-komunikazzjoni tal-2017 u tistabbilixxi l-viżjoni tagħha dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-żona tal-edukazzjoni Ewropea, li torbotha ma’ NextGenerationEU u l-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027. Din tiffoka fuq sitt aspetti:

  • iż-żieda fil-kwalità fl-edukazzjoni;
  • l-edukazzjoni u t-taħriġ isiru aktar inklużivi u sensittivi għall-ġeneru;
  • l-appoġġ għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.
  • it-tisħiħ tal-kompetenza u l-motivazzjoni fil-professjoni tal-edukazzjoni;
  • it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja; u
  • l-edukazzjoni bħala parti minn Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — It-tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzoni u l-Kultura — Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja f’Gothenburg, is-17 ta’ Novembru 2017 (COM(2017) 673 final, 14.11.2017).

DOKUMENTI RELATATI

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-progress lejn il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2022) 700 final, 18.11.2022).

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Perkorsi għas-Suċċess fl-Iskola (COM(2022) 316 final, 30.6.2022).

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u għall-impjegabbiltà (ĠU C 243, 27.6.2022, pp. 10-25).

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar l-apprendiment favur it-tranżizzjoni ekoloġika u l-iżvilupp sostenibbli (ĠU C 243, 27.6.2022, pp. 1-9).

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2022 dwar il-bini ta’ konnessjonijiet għal kooperazzjoni effettiva Ewropea fl-edukazzjoni għolja (ĠU C 160, 13.4.2022, pp. 1-8).

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2022 dwar il-mobilità ta’ voluntiera żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea (ĠU C 157, 11.4.2022, pp. 1-9).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar strateġija Ewropea għall-universitajiet (COM(2022) 16 final, 18.1.2022).

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2021 dwar approċċi ta’ tagħlim imħallat għal edukazzjoni primarja u sekondarja ta’ kwalità għolja u inklużiva ĠU C 504, 14.12.2021, pp. 21-29).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1877 tat-22 ta’ Ottubru 2021 dwar il-qafas ta’ miżuri ta’ inklużjoni tal-Programm Erasmus+ u tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 2021-2027 (ĠU L 378, 26.10.2021, pp. 15-21).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2020) 625 final, 30.9.2020).

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim (ĠU C 195, 7.6.2018, pp. 1-5).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura (COM(2018) 267 final, 22.5.2018).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — L-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti għal bidu tajjeb fil-ħajja (COM(2017) 248 final, 30.5.2017).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja (COM(2017) 247 final, 30.5.2017).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni —It-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni (COM(2016) 941 final, 7.12.2016).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Ninvestu fiż-żgħażagħ tal-Ewropa (COM(2016) 940 final, 7.12.2016).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa — Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività (COM(2016) 381 final, 10.6.2016).

l-aħħar aġġornament 18.11.2022

Top