Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

NextGenerationEU

NextGenerationEU huwa strument finanzjarju temporanju tal-Unjoni Ewropea (UE) ta’ EUR 750 biljun maħluq biex jgħin fit-tiswija tal-ħsara ekonomika u soċjali immedjata wara l-pandemija tal-COVID-19.

Huwa fil-qalba tar-rispons tal-UE għall-kriżi tal-koronavirus u għandu l-għan li jappoġġja l-irkupru ekonomiku u jibni futur aktar ekoloġiku, aktar diġitali u aktar reżiljenti.

NextGenerationEU huwa magħmul minn:

  • il-Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza — EUR 672.5 biljun f’għotjiet u self disponibbli biex jappoġġjaw riformi u investimenti mwettqa mill-Istati Membri tal-UE;
  • Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU) — EUR 47.5 biljun biex jgħinu jindirizzaw il-konsegwenzi ekonomiċi tal-COVID-19 fl-ewwel snin tal-irkupru;
  • finanzjament addizzjonali għal bosta programmi oħra tal-UE flimkien mal-finanzjament ippjanat fil-baġit fit-tul tal-UE 2021–2027:
    • Orizzont Ewropa (EUR 5 bn),
    • InvestEU (EUR 5.6 bn),
    • żvilupp rurali (EUR 7.5 bn),
    • il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta EUR 10 bn),
    • RescEU (EUR 1.9 bn).

Biex tiffinanzja NextGenerationEU, il-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-UE, se tissellef fuq is-swieq kapitali.

L-ammonti kollha msemmija hawn fuq huma fi prezzijiet tal-2018.

ARA WKOLL

Top