Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Banek u ditti tal-investiment li qed ifallu: regoli u proċeduri

Banek u ditti tal-investiment li qed ifallu: regoli u proċeduri

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 jistabbilixxi l-istruttura tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB). Il-bord huwa magħmul minn president, viċi president, erba’ membri permanenti u l-awtoritajiet mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea (UE). Huwa jopera b’dawn il-modi li ġejjin.
    • Is-sessjonijiet eżekuttivi jattendu għalihom il-president, erba’ membri indipendenti full-time ulterjuri, żewġ osservaturi permanenti maħtura mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u, f’każijiet speċifiċi, mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi parteċipi jew osservaturi oħra.
    • Is-sessjonijiet plenarji attendu għalihom il-bord kollu, kif jidher hawn fuq, u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali kollha tal-pajjiżi parteċipanti.
  • Huwa jintroduċi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti ta’ investiment permezz ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u l-użu ta’ Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
  • Filwaqt li r-regolament japplika għall-pajjiżi taż-żona tal-euro, Stati Membri oħrajn jistgħu jipparteċipaw ukoll.
  • Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2019/877jinkorpora fil-leġiżlazzjoni tal-UE standards internazzjonali dwar l-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni għall-banek stabbiliti mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja.
  • Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2021/23 jeskludi kontropartijiet ċentrali mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, biex tiġi evitata duplikazzjoni tar-rekwiżiti.

PUNTI EWLENIN

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

  • Meta jitqies li bank jinsab f’sitwazzjoni ta’ kriżi, il-bord jista’ joħloq skema ta’ riżoluzzjoni li tingħata lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni formali. Jekk il-Kummissjoni ma jkollhiex oġġezzjonijiet, l-iskema għandha tiġi adottata fi żmien 24 siegħa. F’xi każijiet speċifiċi, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea japprova l-emendi tagħha għall-iskema.
  • Skema ta’ riżoluzzjoni li tuża anqas minn EUR 5 biljun mill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni tiġi deċiża f’laqgħat tal-bord ta’ sessjoni eżekuttiva, li jinkludu biss lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni nazzjonali mill-Istat Membru li l-bank fi kriżi jkun jinsab fih.
  • Meta jkunu meħtieġa aktar minn EUR 5 biljun, id-deċiżjonijiet jittieħdu mis-sessjoni plenarja.

Il-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni

  • Iffinanzjat mill-banek mill-2016 ’il quddiem, il-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jammonta għal 1 % tad-depożiti assigurati fl-Istati Membri parteċipanti kollha (għal total ta’ madwar EUR 55 biljun) fl-2024. Flimkien mar-Regolament (UE) Nru 806/2014, ġie ffirmat ftehim intergovernattiv bejn l-Istati Membri parteċipanti. Dan jipprovdi:
    • it-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet tal-banek lejn kompartimenti nazzjonali tal-fond; u
    • il-mutwalizzazzjoni* progressiva ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet fil-fond.

Il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni

  • Flimkien, l-SRB u l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni jiffurmaw il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Din is-sistema u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, li jagħti setgħat superviżorji lill-BĊE, huma l-pedamenti tal-unjoni bankarja, tal-UE, li tapplika għall-pajjiżi taż-żona tal-euro. Stati Membri oħrajn jistgħu jipparteċipaw ukoll.

Il-banek koperti

  • L-SRB huwa responsabbli għar-riżoluzzjoni tal-banek kollha li jiġu ssorveljati mill-BĊE. Bħal fil-każ tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, l-SRB huwa responsabbli b’mod dirett għall-akbar banek li huma ssorveljati b’mod dirett mill-BĊE u għal banek transfruntieri oħrajn.
  • Banek oħra jibqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali. Madankollu, dawn jibqgħu taħt ir-responsabbiltà indiretta tal-SRB, u jekk l-iskema ta’ riżoluzzjoni tagħhom tkun tirrikjedi l-użu tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, l-SRB jista’ jintervjeni.

Il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet individwali

Att ta’ implimentazzjoni, ir-Regolament (UE) 2015/81, jistabbilixxi regoli relatati mal-obbligu tal-SRB biex jikkalkula l-kontribuzzjonijiet għall-istituzzjonijiet individwali u l-metodoloġija għall-kalkolu tagħhom.

Il-kapaċità tal-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment

Billi jinkorpora standards internazzjonali dwar l-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni fil-liġi tal-UE għall-banek globali sistematikament importanti u fl-emendar tar-regoli eżistenti għall-banek l-oħra, ir-Regolament emendatorju (UE) 2019/877 jistabbilixxi r-regoli għall-banek biex jindirizzaw telf billi jiżguraw li jkollhom biżżejjed kapital u obbligazzjonijiet oħra biex jimminimizzaw kemm jista’ jkun kwalunkwe salvataġġ tal-kontribwenti.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

  • Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2016. Madankollu, xi regoli, bħal dawk relatati mal-bidu tal-attivitajiet tal-bord, ilhom japplikaw mill-1 Jannar 2015.
  • Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2019/877 ilu japplika mit-28 ta’ Diċembru 2020.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Mutwalizzazzjoni. Il-proċess li permezz tiegħu l-ispejjeż tar-ristrutturar jiġu kondiviżi mill-banek parteċipanti.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, pp. 1–90).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU L 15, 22.1.2015, pp. 1–7).

Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 190–348).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija fuq depożiti (riformulazzjoni) (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 149–178).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-konferiment ta’ kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, pp. 5–14).

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠUJ L 287, 29.10.2013, pp. 63–89).

Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, pp. 338–436).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, pp. 1–337).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, pp. 1–59).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, pp. 12–47).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 97/9KEC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ interoperabbiltà bejn l-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, pp. 22–31).

l-aħħar aġġornament 28.04.2023

Top