EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Żona tal-euro

Iż-żona tal-euro tinkludi l-20 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom.

Il-pajjiżi kkonċernati huma: il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja.

Minħabba li dawn il-pajjiżi jikkondividu l-istess munita, jeħtieġ li jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom mill-qrib ħafna sabiex jiżguraw l-istabbiltà tagħhom u jilħqu l-benefiċċji sħaħ tagħhom. Dan isir fuq bażi kontinwa u permezz ta’ laqgħat ta’ kull xahar tal-Grupp tal-Euro fejn kwistjonijiet ta’ tħassib komuni għall-ġestjoni taż-żona tal-euro jiġu diskussi u tittieħed azzjoni fuqhom.

L-euro huwa wkoll il-munita ta’ xi pajjiżi li mhumiex fl-UE:

  • Andorra
  • il-Kosovo*
  • Monaco
  • Il-Montenegro
  • San Marino u
  • il-Belt tal-Vatikan.

ARA WKOLL


* Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istat u hija konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.
Top