Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0402

    2005/402/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Mejju 2005 dwar miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-bżar aħmar, il-prodotti tal-bżar aħmar, il-kurkuma u ż-żejt tal-palm (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1454) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 135, 28.5.2005, p. 34–36 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 40–42 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/01/2010; Imħassar b' 32009R0669

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/402/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    40


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-23 ta’ Mejju 2005

    dwar miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-bżar aħmar, il-prodotti tal-bżar aħmar, il-kurkuma u ż-żejt tal-palm

    (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1454)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2005/402/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji u l-ħtiġiet ġenerali tal-liġi ta' l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurta ta' l-Ikel u li jistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà ta' l-ikel (1), partikolarment l-Artikolu 53(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Taħt ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-Kummissjoni se tissospendi t-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ ikel jew għalf li x'aktarx jista' jkun ta' riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, jew tieħu kull miżura interim xierqa meta riskju bħal dan ma jkunx jista’ jiġi affrontat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istati Membri kkonċernati.

    (2)

    Taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/92/KE dwar miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-bżar aħmar u tal-prodotti tal-bżar aħmar (2), l-Istati Membri wettqu verifiki għall-preżenza tas-sustanzi kimiċi Sudan I, Sudan II, Sudan III u Scarlet Red (Sudan IV). Dawn is-sustanzi nstabu fil-bżar aħmar u fil-prodtti tal-bżar aħmar, kif ukoll fil-kurkuma jew fiż-żejt tal-palm. Is-sejbiet kollha kienu nnotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-ikel u l-għalf in sewgitu għall-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

    (3)

    Sudan I, Sudan II, Sudan III u Scarlet Red (Sudan IV) kienu kklassifikati bħala karċinoġeni ta’ kategorija 3 mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanser (IARC/AIRK).

    (4)

    Il-firxa tar-riżultati tindika adulterazzjoni li tikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa.

    (5)

    Minħabba l-gravità tat-theddida għas-saħħa, jeħtieġ illi jinżammu l-miżuri previsti fid-deċiżjoni 2004/92/KE u li dawn jiġu estiżi għall-kurkuma u ż-żejt tal-palm. Barra minn hekk, trid titqies il-possibilità tal-kummerċ triangolari, l-aktar għal prodotti ta’ l-ikel li għalihom m’hemm l-ebda ċertifikazzjoni ta’ l-oriġini. Sabiex titħares is-saħħa pubblika, jixraq li jkun meħtieġ li l-konsenji ta’ bżar aħmar, prodotti tal-bżar aħmar, kurkuma u żejt tal-palma importati fil-Komunità tkun xi tkun il-forma tagħhom, u li jkunu maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport analitiku pprovdut mill-importatur jew mill-operatur kummerċjali fil-qasam ta’ l-ikel ikkonċernat li juri li l-konsenja ma fihiex Sudan I, Sudan II, Sudan III jew Scarlet Red (Sudan IV).

    (6)

    Ir-rapport analitiku li jakkumpanja l-konsenji tal-bżar aħmar, il-prodotti tal-bżar aħmar, il-kurkuma u ż-żejt tal-palm għandu jkun dokument oriġinali approvat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jkun qed joħroġ id-dokument. Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jtejbu l-garanziji offerti mid-dokument.

    (7)

    L-Istati Membri għandhom ikunu wkoll meħtieġa jwettqu kampjunar każwali u analiżi tal-bżar aħmar, il-prodotti tal-bżar aħmar, il-kurkuma u ż-żejt tal-palm li jkun ippreżentat għall-importazzjoni jew li jkun diġà qiegħed fis-suq.

    (8)

    Jinħtieġ li tiġi ordnata l-qerda tal-bżar aħmar, il-prodtti tal-bżar aħmar, il-kurkuma u ż-żejt tal-palm adulterati sabiex jiġi evitat li jidħlu fil-katina ta’ l-ikel.

    (9)

    Minħabba li l-miżuri previsti f’din id-deċiżjoni għandhom impatt fuq ir-riżorsi ta’ kontroll ta’ l-Istati Membri, ir-riżultati ta’ dawn il-miżuri għandhom jiġu riveduti fi żmien 12-il xahar sabiex issir valutazzjoni dwar jekk il-miżuri jkunux għadhom meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa pubblika.

    (10)

    Din ir-reviżjoni għandha tqis ir-riżultati ta’ kull analiżi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti.

    (11)

    Huma meħtieġa miżuri tranżitorji għall-konsenji ta’ bżar aħmar, prodotti tal-bżar aħmar, kurkuma u żejt tal-palm importati qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    (12)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il- Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjn għandhom japplikaw:

    a)

    “Bżar aħmar”, frott tal-ġeneru Capsicum, imnixxef u mkisser jew mitħun fi ħdan il-Kodiċi NM 0904 20 90, tkun liema tkun il-forma, maħsub għall-konsum mill-bniedem u

    b)

    “prodotti tal-bżar aħmar”, trab tal-kari fi ħdan il-Kodiċi NM 0910 50, tkun liema tkun il-forma, maħsuba għall-konsum mill-bniedem u

    c)

    “kurkuma”, kurkuma mnixxfa u mkissra jew mitħuna fi ħdan il-Kodiċi NM 0910 30, tkun liema tkun il-forma, maħsuba għall-konsum mill-bniedem u

    d)

    “żejt tal-palm”, żejt tal-palm fi ħdan il-Kodiċi NM 1511 10 90, maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem.

    Artikolu 2

    Kundizzjonijiet għall-importazzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni tal-bżar aħmar, il-prodotti tal-bżar aħmar, il-kurkuma u ż-żejt tal-palm sakemm rapport analitiku oriġinali ma jurix li l-prodott ma fih ebda waħda minn dawn is-sustanzi kimiċi:

    a)

    Sudan I (Numru CAS 842-07-9),

    b)

    Sudan II (Numru CAS 3118-97-6),

    c)

    Sudan III (Numru CAS 85-86-9),

    d)

    Scarlet Red or Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).

    2.   Ir-rapport analitiku għandu jiġi approvat minn rappreżentant mill-awtorità kompetenti rilevanti.

    3.   L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw li kull konsenja ta' bżar aħmar, prodotti tal-bżar aħmar, kurkuma u żejt tal-palm ippreżentati għall-importazzjoni jkunu akkumpanjati minn rapport analitiku kif previst fil-paragrafu 1.

    4.   Fin-nuqqas ta’ rapport analitiku bħal dan kif previst fil-paragrafu 1, l-importatur stabbilit fil-Komunità għandu jittestja l-prodott sabiex jintwera li ma fihx waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi msemmija fil-paragrafu 1. Il-prodott jibqa' jinżamm taħt sorveljanza uffiċjali sa ma jkun disponibbli r-rapport analitiku.

    Artikolu 3

    Kampjunar u analiżi

    1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa, fosthom kampjunar każwali u analiżi tal-bżar aħmar, il-prodotti tal-bżar aħmar, il-kurkuma u ż-żejt tal-palm li jkun ippreżentat għall-importazzjoni jew li jkun diġà qiegħed fis-suq, sabiex jivverifikaw in-nuqqas tas-sustanzi kimċi msemmija fl-Artikolu 2(1).

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-ikel u l-għalf b’kull konsenja li jinstab li fiha dawk is-sustanzi.

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kull tliet xhur dwar il-konsenji li ma jkunux instabu dawn is-sustanzi fihom. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu ppreżentati qabel tmiem ix-xahar wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur.

    2.   Kull konsenja li tgħaddi mill-kampjunar u l-analiżi uffiċjali tista’ tinżamm qabel ma tinħareġ għas-suq għal perjodu massimu ta' 15-il jum ta' xogħol.

    Artikolu 4

    Konsenji maqsuma

    Jekk konsenja tinqasam, kopja ċċertifikata tar-rapport analitiku previst fl-Artikolu 2(1) għandha takkumpanja kull parti tal-konsenja maqsuma.

    Artikolu 5

    Konsenji adulterati

    Il-bżar aħmar, il-prodotti tal-bżar aħmar, il-kurkuma u ż-żejt tal-palm li jinstab li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi msemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom jinqerdu.

    Artikolu 6

    L-irkupru ta’ l-ispejjeż

    Kull spiża li tirriżulta mill-analiżi, il-ħażna jew il-qerda skond l-Artikoli 2(1) jew (4) u l-Artikolu 5 għandha titħallas mill-importaturi jew l-operaturi kummerċjali fil-qasam ta’ l-ikel ikkonċernati.

    Artikolu 7

    Miżuri transitorji

    1.   B’deroga mill-Artikolu 2(2), għall-konsenji li jkunu ħallew il-pajjiż ta’ l-oriġini qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw ir-rapport analitiku għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(a) u 1(b) mingħajr l-approvazzjoni uffiċjali msemmija f’dik id-dispożizzjoni.

    2.   B’deroga mill-Artikolu 2(1), għall-konsenji li jkunu ħallew il-pajjiż ta’ l-oriġini qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw ir-rapport analitiku għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(c) u 1(d) mingħajr l-approvazzjoni uffiċjali msemmija f’dik id-dipożizzjoni.

    Artikolu 8

    Ir-reviżjoni tal-miżuri

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta sa mhux aktar tard miot-22 ta' Mejju 2006.

    Artikolu 9

    Revoka

    Id-Deċiżjoni 2004/92/KE hija revokata.

    Artikolu 10

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, nhar it-23 ta’ Mejju 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2004, p. 4).

    (2)  ĠU L 27, 30.1.2004, p. 52.


    Top