Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2011J0009

Sentenza tal-Qorti tas- 16 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża E-9/11 – L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja (Nuqqas ta’ Stat taŻ-ŻEE li jissodisfa l-obbligi ta’ – Id-dritt tal-istabbilment – Moviment ħieles tal-kapital – Limitazzjonijiet ta' Sjieda u restrizzjonijiet ta’ drittijiet tal-vot f'istituzzjonijiet tal-infrastruttura tas-servizzi finanzjarji – Proporzjonalità – Ċertezza legali)

ĠU C 369, 29.11.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/13


SENTENZA TAL-QORTI

tas-16 ta’ Lulju 2012

fil-Kawża E-9/11

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja

(Nuqqas ta’ Stat taŻ-ŻEE li jissodisfa l-obbligi ta’ – Id-dritt tal-istabbilment – Moviment ħieles tal-kapital – Limitazzjonijiet ta' Sjieda u restrizzjonijiet ta’ drittijiet tal-vot f'istituzzjonijiet tal-infrastruttura tas-servizzi finanzjarji – Proporzjonalità – Ċertezza legali)

2012/C 369/11

Fil-Kawża E-9/11, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Renju tan-Norveġja – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi jinżammu fis-seħħ restrizzjonijiet fuq id-drittijiet ta' persuni u impriżi stabbiliti fl-Istati taż-ŻEE li jkunu possedenti ta’ impriżi u jeżerċitaw id-dritt tal-vot f’istituzzjonijiet tal-infrastruttura tas-servizzi finanzjarji fin-Norveġja, hekk kif ipprovdut fit-Taqsimiet 35 (1), (2) u (3) u 36 tal-Att tad-29 ta' Ġunju 2007 Nru 74 dwar Swieq Regolati (l-Att dwar il-Borża) u t-Taqsimiet 5-3 (1), (2) u (3) u 5-4 tal-Att tal-5 ta' Lulju 2002 dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Strumenti Finanzjarji (l-Att dwar id-Depożitarji tat-Titoli), ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Artikoli 31 taż-ŻEE u 40 taż-ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President u Imħallef-Rapporteur, Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat sentenza fis-16 ta’ Lulju 2012, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li, billi jinżammu fis-seħħ restrizzjonijiet fuq id-drittijiet ta' persuni u impriżi stabbiliti fl-Istati taż-ŻEE li jkunu possedenti ta’ impriżi u jeżerċitaw id-dritt tal-vot f’istituzzjonijiet tal-infrastruttura tas-servizzi finanzjarji fin-Norveġja, hekk kif ipprovdut fit-Taqsimiet 35 (1), (2) u (3), u 36 tal-Att tad-29 ta' Ġunju 2007 Nru 74 dwar Swieq Regolati (l-Att dwar il-Borża) u t-taqsimiet 5-3 (1), (2) u (3), u 5-4 tal-Att tal-5 ta' Lulju 2002 dwar ir-Reġistrazzjoni ta' Strumenti Finanzjarji (l-Att dwar id-Depożitarji tat-Titoli), ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw minn l-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Tordna lir-Renju tan-Norveġja biex iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


Top