Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/128/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7744 — HeidelbergCement/Italcementi) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 128, 12.4.2016, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/24


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7744 — HeidelbergCement/Italcementi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 128/04)

1.

Fl-1 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha HeidelbergCement AG (il-Ġermanja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Italcementi S.p.A kollha kemm hi (l-Italja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: il-produzzjoni ta’ materjali għall-industrija tal-bini u l-kostruzzjoni. B’mod partikulari, huma attivi prinċipalment fil-produzzjoni ta’ siment griż u abjad, aggregati u konkos lest.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7744 — HeidelbergCement/Italcementi, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top