Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/111/09

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ COMP/M.7227 — Temasek/Olam International) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 111, 12.4.2014, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 111/15


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ COMP/M.7227 — Temasek/Olam International)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/C 111/09)

    1.

    Fit-3 ta’ April 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/20044 (1) li permezz tagħha l-impriża Temasek Holdings (Private) Limited (“Temasek”, Singapor), permezz ta’ sussidarja indiretta akkwiżita totalment, Breedens Investments Pte. Ltd, takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdieni tal-impriża Olam International Limited kollha (“Olam”, Singapor) permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-14 ta’ Marzu 2014.

    2.

    L-attivitajiet ta’ kummerċ tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   Temasek: kumpanija ta’ investiment li l-portafoll tagħha jkopri firxa wiesgħa ta’ industriji bħalma huma s-servizzi finanzjarji; it-telekomunikazzjoni, il-midja u t-teknoloġija; it-trasport u t-tagħmir industrijali; il-konsumatur u l-proprjetà immobbli; l-enerġija u r-riżorsi; u x-xjenzi tal-ħajja,

    —   Olam: maniġer dinji tal-katina ta’ provvista integrata u proċessur ta’ prodotti agrikoli u ta’ ingredjenti tal-ikel.

    3.

    Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza COMP/M.7227 — Temasek/Olam International f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition,

    Merger Registry

    1049 Brussels/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top