Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/183/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6965 – Carlyle/AlpInvest Group) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 183, 28.6.2013, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/31


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6965 – Carlyle/AlpInvest Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 183/13

1.

Fl-20 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Carlyle Group (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ indirett ta' Alpinvest Partners BV (“AlpInvest”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Carlyle: il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni alternattiva tal-assi, permezz tal-ġestjoni ta’ fondi li jinvestu globalment f'erba’ dixxiplini tal-investiment: l-ekwità privata korporattiva (kapital għall-akkwiżizzjonijiet u għat-tkabbir), assi reali (proprjetà immobbli, infrastruttura u enerġija), l-istrateġiji tas-suq globali (kreditu strutturat, mezzanine, f’diffikultà, hedge funds, u dejn tas-suq medju) u soluzzjonijiet (programm ta' fond tal-fondi tal-ekwità privata u attivitajiet relatati tal-koinvestiment u sekondarji),

għal AlpInvest: il-forniment ta' servizzi tal-ġestjoni tal-fondi, li jkopru b'mod partikolari l-investimenti tal-fondi, il-koinvesimenti (ishma minoratarji diretti), fondi ta’ investiment sekondarji u investimenti fid-dejn mezzanine.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6965 – Carlyle/AlpInvest Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top