Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/197/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5598 – Dragados/Pol-Aqua Group) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 197, 21.8.2009, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 197/9


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5598 – Dragados/Pol-Aqua Group)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2009/C 197/07

    1.

    Fit-13 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Dragados S.A. (“Dragados”, Spanja), li hija proprjetà ta’ Actividades de Construccion y Servicios, S.A. (“ACS Group”, Spanja) takkwista, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tal-impriża Przedsiebiorstwo Robót Inzynieryjnych “Pol-Aqua” S.A. (“Pol-Aqua Group”, il-Polonja) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fit-30 ta’ Lulju 2009.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Dragados: Bini, attivitajiet ta’ tħammil, xogħlijiet ċivili, konċessjonijiet relatati ma’ toroq u ferroviji,

    għal Pol-Aqua Group: Servizzi ta’ bini fl-ambitu tal-inġinerija, trattament tal-ilma, toroq u pipelines.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5598 – Dragados/Pol-Aqua Group, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top