This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2008/216/09
MEDIA 2007 — Development, distribution, promotion and training — Call for proposals — EACEA/20/08 — Support for television broadcasting of European audiovisual works
MEDIA 2007 — Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ — Sejħa għal proposti — EACEA/20/08 — Appoġġ għax-xandir televiżiv tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej
MEDIA 2007 — Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ — Sejħa għal proposti — EACEA/20/08 — Appoġġ għax-xandir televiżiv tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej
ĠU C 216, 23.8.2008, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 216/22 |
MEDIA 2007 — ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ
Sejħa għal proposti — EACEA/20/08
Appoġġ għax-xandir televiżiv tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej
(2008/C 216/09)
1. Miri u deskrizzjoni
Dan l-avviż għal sejħa għal proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
Waħda mill-miri tal-programm hija l-promozzjoni tax-xandir transnazzjonali ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej prodotti minn kumpaniji ta' produzzjoni indipendenti billi titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn ix-xandara min-naħa u l-produtturi u d-distributuri indipendenti min-naħa l-oħra.
2. Applikanti eliġibbli
Dan l-avviż huwa indirizzat lil kumpaniji Ewropej li permezz tal-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-miri msemmija hawn fuq, u b'mod partikolari għal kumpaniji indipendenti li jaħdmu produzzjonijiet televiżivi.
L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed minn dawn il-pajjiżi:
— |
is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, |
— |
il-pajjiżi tal-EFTA, l-Iżvizzera u l-Kroazja. |
3. Azzjonijiet eliġibbli
Ix-xogħol awdjoviżiv propost għandu jkun produzzjoni televiżiva Ewropea indipendenti (stejjer ivvintati (fiction), animazzjoni jew dokumentarju kreattiv) li tinvolvi l-parteċipazzjoni ta' mill-anqas tliet kumpaniji tax-xandir minn diversi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm Media 2007.
L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-anqas 6 xhur qabel l-ewwel jum ta' fotografija prinċipali u mhux aktar tard mill-ewwel jum ta' fotografija prinċipali.
It-tul massimu tal-proġetti huwa ta' 30 jew 42 xahar (fil-każ ta' sensiela u proġetti ta' animazzjoni).
4. Kriterji għall-aġġudikazzjoni
Il-punti sejrin jiġu allokati minn total ta' 100 fuq il-bażi li ġejja; l-aspetti meqjusin huma msemmija taħt kull kriterju:
— |
id-dimensjoni Ewropea u l-finanzjament tax-xogħol (45 punt):
|
— |
l-involviment tad-distributur internazzjonali (10 punti):
|
— |
l-attrazzjoni li jiġbed ix-xogħol fuq livell internazzjonali (25 punt):
|
— |
il-valorizzazzjoni tad-diversità lingwistika u kulturali Ewropea (7 punti):
|
— |
il-valorizzazzjoni tal-patrimonju awdjoviżiv Ewropew (3 punti):
|
— |
il-bejgħ internazzjonali preċedenti (10 punti):
|
5. Baġit
Il-baġit totali disponibbli jammonta għal EUR 11,4 miljun.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja hija f'forma ta' sussidju. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima hija tammonta għal EUR 500 000 għal kull proġett ta' fiction u ta' animazzjoni u EUR 300 000 għal kull dokumentarju. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija qatt ma tista' taqbeż 12,5 % tal-ispejjeż eliġibbli ppreżentati mill-produttur għal fictions jew animazzjoni u 20 % tal-ispejjeż eliġibbli għad-dokumentarji.
6. Skadenza
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Eżekuttiva (EACEA) sa mhux aktar tard mill-14 ta' Novembru 2008, 27 ta' Frar 2009 u 26 ta' Ġunju 2009 fl-indirizz li ġej:
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) — MEDIA |
Constantin Daskalakis |
BOUR 3/30 |
Avenue du Bourget 1 |
B-1140 Brussels |
Se jkunu aċċettati esklussivament l-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formula ta' applikazzjoni uffiċjali, iffirmata kif xieraq mill-persuna awtorizzata li tirrappreżenta legalment l-organizzazzjoni kandidata fliemkien mal-informazzjoni u l-annessi kollha meħtieġa speċifikati fit-test sħiħ tas-sejħa.
L-applikazzjonijiet mibgħuta bil-feks jew permezz tal-posta elettronika mhumiex se jkunu aċċettati.
7. Dettalji sħaħ
It-test sħiħ tal-linji gwida, flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, huma disponibbli mill-indirizz elettroniku li ġej:
http://ec.europa.eu/information_society/media/producer/tv/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini tal-linji gwida u għandhom jiġu ppreżentati fuq il-formoli pprovduti.