Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/027/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4972 — Permira/Arysta) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 27, 31.1.2008, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 27/31


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4972 — Permira/Arysta)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 27/10)

    1.

    Fil-21 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u skond referenza għal Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża IEIL Japan Co., Ltd li l-kontroll aħħari tagħha huwa f'idejn Permira Holdings Limited (“Permira”, iċ-Channel Islands), jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tal-Korporazzjoni Arysta LifeScience (“Arysta”, il-Ġappun) permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Permira: ekwità privata,

    għal Arysta: Agro-kimiċi, prodotti għall-kura ta' l-annimali u kimiċi funzjonali.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4972 — Permira/Arysta, fl-indirizz li ġej:

    Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top