EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/155/14
Case C-166/07: Action brought on 26 March 2007 — European Parliament v Council of the European Union
Kawża C-166/07: Rikors imressaq fis- 26 ta' Marzu 2007 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
Kawża C-166/07: Rikors imressaq fis- 26 ta' Marzu 2007 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 155, 7.7.2007, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 155/8 |
Rikors imressaq fis-26 ta' Marzu 2007 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-166/07)
(2007/C 155/14)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Klavina u L. Visaggio, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Moore, aġenti)
Talbiet
— |
tannulla r-Regolament (KE) Nru 1968/2006 (1) tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) |
— |
tikkundanna lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Parlament Ewropew jinvoka motiv wieħed biss in sostenn tar-rikors tiegħu, ibbażat fuq għażla żbaljata tal-bażi legali tar-Regolament ikkontestat. Peress li l-miżuri previsti minn dan ir-Regolament jaqgħu fil-fatt taħt l-attribuzzjonijiet Komunitarji fil-qasam ta' koeżjoni ekonomika u soċjali, huma kellhom jiġu adottati fuq il-bażi tat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 159 KE u mhux fuq l-Artikolu 308 KE, li jista' jiġi użat biss jekk ebda dispożizzjoni tat-Trattat ma jagħti lill-istituzzjonijiet Komunitarji l-kompetenza neċessarja sabiex jiġi adottat l-att in kwistjoni.
(1) ĠU L 409, p. 81 u — corrigendum — ĠU 2007, L 36, p. 31.