Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0171

    Kawża C-171/23, UP CAFFE: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fl-20 ta’ Marzu 2023 – UP CAFFE d.o.o. vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske

    ĠU C 179, 22.5.2023, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 179/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fl-20 ta’ Marzu 2023 – UP CAFFE d.o.o. vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske

    (Kawża C-171/23, UP CAFFE)

    (2023/C 179/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Kroat

    Qorti tar-rinviju

    Upravni sud u Zagrebu

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: UP CAFFE d.o.o.

    Konvenut: Ministarstvo financija Republike Hrvatske

    Domanda preliminari

    Id-dritt tal-Unjoni jobbliga lill-awtoritajiet u lill-qrati nazzjonali jiddeterminaw it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta (u mhux jiċħdu t-talba għar-rimbors tat-taxxa) meta elementi oġġettivi tal-każ ineżami juru li twettqet evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud bl-inkorporazzjoni ta’ kumpannija ġdida, jiġifieri bit-terminazzjoni tal-kontinwità fiskali tan-negozju preċedenti, f’sitwazzjoni fejn il-persuna taxxabbli taf jew setgħet tkun taf li pparteċipat f’tali azzjoni u fil-każ li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix, fil-mument li fih iseħħ il-fatt taxxabbli, tali determinazzjoni?


    Top