Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0133

    Kawża T-133/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2022 – Katjes Fassin vs EUIPO (THE FUTURE IS PLANT-BASED)

    ĠU C 171, 25.4.2022, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 171, 25.4.2022, p. 35–35 (GA)

    25.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/45


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2022 – Katjes Fassin vs EUIPO (THE FUTURE IS PLANT-BASED)

    (Kawża T-133/22)

    (2022/C 171/62)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz u S. Stolzenburg-Wiemer, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea THE FUTURE IS PLANT-BASED – Applikazzjoni Nru 18 310 582

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 1023/2021-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top