Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0418

    Kawża C-418/22 , Cezam: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disà Awla) tas-17 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance du Luxembourg – il-Belġju) – SA Cezam vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2006/112/KE – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Obbligu ta’ dikjarazzjoni u ta’ ħlas tal-VAT – Artikolu 273 – Sanzjonijiet previsti fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi mill-persuna taxxabbli – Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità tal-VAT – Dritt għal tnaqqis tal-VAT – Kompatibbiltà tas-sanzjonijiet)

    ĠU C 235, 3.7.2023, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 235/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disà Awla) tas-17 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance du Luxembourg – il-Belġju) – SA Cezam vs État belge

    (Kawża C-418/22 , Cezam) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Obbligu ta’ dikjarazzjoni u ta’ ħlas tal-VAT - Artikolu 273 - Sanzjonijiet previsti fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi mill-persuna taxxabbli - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità tal-VAT - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Kompatibbiltà tas-sanzjonijiet)

    (2023/C 235/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance du Luxembourg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: SA Cezam

    Konvenut: État belge

    Dispożittiv

    L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni u ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lit-Teżor Pubbliku jiġi ssanzjonat b’multa fissa ekwivalenti għal 20 % tal-ammont tal-VAT li kien dovut qabel l-imputazzjoni tal-VAT li tista’ titnaqqas, bla ħsara għall-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju fir-rigward tan-natura proporzjonata tal-multa imposta fil-kawża prinċipali.


    (1)  ĠU C 359, 19. 9.2022.


    Top