Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0727

    Kawża T-727/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2021 – TO vs EASO

    ĠU C 11, 10.1.2022, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 11/37


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2021 – TO vs EASO

    (Kawża T-727/21)

    (2022/C 11/52)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: TO (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021 u li kellha tiskadi fit-18 ta’ Diċembru 2021, li tagħha r-rikorrenti ħadet konjizzjoni fl-4 ta’ Jannar 2021 permezz tal-link [kunfidenzjali(1), meħuda minn [kunfidenzjali], sa fejn ma testendix għall-ewwel sena addizzjonali, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-lista ta’ riżerva bis-segwenti referenzi [kunfidenzjali] li kienet valida sal-31 ta’ Diċembru 2020;

    tiftaħ mill-ġdid u testendi, konsegwentement, il-lista ta’ riżerva, bħall-44 lista estiża oħra li huma previsti mid-deċiżjoni kkontestata, għal sena dekorribbli mill-ftuħ mill-ġdid tagħha u, konsegwentement, tinnomina lir-rikorrenti b’upgrade għal AST 3;

    tikkundanna lill-konvenut sabiex iħallas lir-rikorrenti d-danni, intiżi sabiex ikopru kemm id-dannu materjali u kif ukoll id-dannu morali tagħha, li jikkorrispondu:

    għad-differenza fir-remunerazzjoni bejn dik irċevuta minn AST 1 skala 3 attwali u dik irċevuta minn AST 3 skala 1, ikkalkolata fuq perijodu ta’ ħames snin, b’effett mid-data lmentata, jiġifieri l-1 ta’ Jannar 2021, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni t-telf ta’ opportunitajiet evalwat fil-livell ta’ 75 %;

    għad-differenza fid-dritt għall-pensjoni bejn dik irrikonoxxuta għal AST 1 skala 3 attwali u dik ta’ AST 3 skala 1, ikkalkolata fuq l-istess perijodu ta’ ħames snin, b’effett mid-data lmentata, jiġifieri l-1 ta’ Jannar 2021, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni t-telf ta’ opportunitajiet evalwat fil-livell ta’ 75 %;

    għal ammont ta’ EUR 7 500 għad-dannu morali kkawżat;

    għal EUR 1,00 provviżorju għat-telf ta’ kopertura mill-fond għall-mard;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti li ġew miksura u fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, tal-Artikolu 1d(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u tal-Artikolu 27 u tat-tielet u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-dmir ta’ premura, u fuq eċċess u użu ħażin ta’ poter.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


    (1)  Data kunfidenzjali miżmuma.


    Top