This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0604
Case T-604/21: Action brought on 21 September 2021 — WP and Others v Commission
Kawża T-604/21: Rikors ippreżentat fl-21 ta’ Settembru 2021 – WP et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-604/21: Rikors ippreżentat fl-21 ta’ Settembru 2021 – WP et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 452, 8.11.2021, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 452/46 |
Rikors ippreżentat fl-21 ta’ Settembru 2021 – WP et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-604/21)
(2021/C 452/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: WP, WQ, WR (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Novembru 2020 tal-PMO.4 li tirrifjuta t-talba mressqa fl-14 ta’ Settembru preċedenti f’isem il-mejjet sabiex tintalab ir-restituzzjoni tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni nazzjonali ttrasferiti lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni flimkien mal-interessi li akkumulaw fuq id-drittijiet tiegħu matul dawn is-snin kollha u sar-rimbors sħiħ; |
— |
tannulla, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni ta’ ċaħda espliċita tal-15 ta’ Ġunju 2021 tal-ilment imressaq f’isem il-mejjet fil-15 ta’ Frar 2021 li t-tkomplija tiegħu permezz tas-suċċessjoni ġiet ikkomunikata fil-25 ta’ Mejju 2021; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-arrikkiment indebitu min-naħa tal-konvenut. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn l-applikazzjoni, mill-konvenut, tal-prinċipju ta’ arrikkiment indebitu kif stabbilit fil-ġurisprudenza hija differenti mill-implimentazzjoni tal-istess prinċipju minn istituzzjonijiet oħra f’sitwazzjonijiet li, madankollu, huma identiċi. |