EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0545

Kawża C-545/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-31 ta’ Awwissu 2021 – ANAS SpA vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

ĠU C 452, 8.11.2021, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-31 ta’ Awwissu 2021 – ANAS SpA vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

(Kawża C-545/21)

(2021/C 452/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ANAS SpA

Konvenut: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 70(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), l-Artikolu 27(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (2), l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni PIF stabbilita fl-att tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1995, l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (3), u l-Artikolu (3)(2)(b) tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (4), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-aġir li b’mod astratt jista’ jiffavorixxi lil operatur ekonomiku, matul proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt, jidħol dejjem fil-kunċett ta’ “irregolarità” jew “frodi”, u għalhekk jikkostitwixxi bażi legali għar-revoka tal-kontribuzzjoni, anki meta ma jkunx hemm il-prova sħiħa li tali aġir kien effettivament seħħ, jew ma jkunx hemm il-prova sħiħa li dan l-aġir kien determinanti fl-għażla tal-benefiċjarju?

2.

L-Artikolu 45(2)(d) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (5) jipprekludi leġiżlazzjoni, bħall-Artikolu 38(1)(f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, li ma jippermettix l-esklużjoni mis-sejħa għall-offerti tal-operatur ekonomiku li pprova jinfluwenza l-proċess deċiżjonali tal-awtorità kontraenti, b’mod partikolari meta it-tentattiv kien jikkonsisti fil-korruzzjoni ta’ wħud mill-membri tal-kummissjoni tas-sejħa għall-offerti?

3.

Fil-każ ta’ risposta fil-pożittiv għal waħda jew għaż-żewġ domandi preċedenti, ir-regoli msemmija għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu dejjem ir-revoka tal-kontribuzzjonijiet, min-naħa tal-Istat Membru, u r-rettifika finanzjarja, min-naħa tal-Kummissjoni, ta’ 100 %, minkejja li tali kontribuzzjonijiet ikunu madankollu ntużaw għall-għan li kienu intiżi għalih u għal xogħol li kien ammissibbli għall-finanzjament Ewropew u li kien effettivament twettaq?

4.

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 3 tkun fin-negattiv, jiġifieri fis-sens li ma għandhiex tiġi imposta revoka tal-kontribuzzjoni, jew rettifika finanzjarja ta’ 100 %, ir-regoli msemmija fil-punt 1, u l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jippermettu li tiġi ddeterminata r-revoka tal-kontribuzzjoni u r-rettifika finanzjarja fid-dawl tad-dannu ekonomiku li jkun effettivament ikkawżat lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea? B’mod partikolari, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-“implikazzjonijiet finanzjarji”, skont l-Artikolu 98(3) tar-Regolament UE Nru 1083/2006, jistgħu jiġu stabbiliti skont rata fissa, permezz tal-applikazzjoni tal-kriterji indikati fit-tabella fil-paragrafu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni rigward in-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku (6).


(1)  ĠU 2006, L 210, p. 25, rettifiki fil-ĠU L 239, 1.9.2006, p. 248, ĠU L 145, 7.6.2007, p. 38, ĠU L 164, 26.6.2007, p. 36, ĠU L 301, 12.11.2008, p. 40.

(2)  ĠU 2006, L 371, p. 1, rettifika fil-ĠU L 45, 15.2.2007, p. 3.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.

(4)  ĠU 2017, L 198, p. 29.

(5)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.

(6)  C(2013) 9527 final.


Top