This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0403
Case C-403/21: Request for a preliminary ruling from the Consiliul Național de Soluționare a Contestațiilor (Romania) lodged on 29 June 2021 — SC NV Construct SRL v Județul Timiș
Kawża C-403/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiliul Naţional de Soluţionare a Contestaţiilor (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Ġunju 2021 – SC NV Construct SRL vs Judeţul Timiş
Kawża C-403/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiliul Naţional de Soluţionare a Contestaţiilor (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Ġunju 2021 – SC NV Construct SRL vs Judeţul Timiş
ĠU C 401, 4.10.2021, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiliul Naţional de Soluţionare a Contestaţiilor (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Ġunju 2021 – SC NV Construct SRL vs Judeţul Timiş
(Kawża C-403/21)
(2021/C 401/03)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Consiliul Naţional de Soluţionare a Contestaţiilor
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SC NV Construct SRL
Konvenut: Judeţul Timiş
Intervenjent: SC Proiect Construct Regiunea Transilvania SRL
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju ta’ responsabbiltà għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità kontraenti għandha d-dritt li tistabbilixxi kriterji dwar il-kapaċità teknika, jiġifieri d-dritt li tevalwa jekk tinkludix jew le fid-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ kuntratt kriterji dwar il-kapaċità teknika u professjonali u dwar il-kapaċità ta’ eżerċizzju tal-attività teknika u professjonali li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ liġijiet speċjali, għal attivitajiet fil-kuntest tal-kuntratt li ma humiex sinjifikattivi? |
2) |
Il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità jipprekludu l-ikkompletar ipso iure tad-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ kuntratt permezz ta’ kriterji ta’ kwalifikazzjoni li jirriżultaw minn liġijiet speċjali applikabbli għal attivitajiet relatati mal-kuntratt li għandu jingħata, li ma kinux previsti fid-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ kuntratt u li fil-fehma tal-awtorità kontraenti ma kellhomx jiġu imposti fuq l-operaturi ekonomiċi? |
3) |
L-Artikolu 63 tad-Direttiva 2014/24 u l-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludu l-esklużjoni mill-proċedura ta’ offerent li ma nnominax operatur bħala subappaltatur sabiex jipprova l-konformità ma’ kriterji dwar il-kapaċità teknika u professjonali u dwar il-kapaċità ta’ eżerċizzju tal-attività teknika u professjonali li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ liġijiet speċjali li ma humiex previsti fid-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ kuntratt, f’sitwazzjoni fejn l-offerent inkwistjoni għażel forma kuntrattwali oħra ta’ involviment ta’ speċjalisti fil-kuntratt, jiġifieri kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, jew issottometta dikjarazzjoni ta’ disponibbiltà min-naħa ta’ dawn l-ispeċjalisti? L-operatur ekonomiku għandu d-dritt li jistabbilixxi l-organizzazzjoni u r-relazzjonijiet kuntrattwali tiegħu fi ħdan il-grupp li jappartjeni għalih, bil-possibbiltà li jinvolvi fil-kuntratt fornituri sakemm il-fornitur ikkonċernat ma jkunx parti mill-entitajiet li l-offerent bi ħsiebu jistrieħ fuq il-kapaċitajiet tagħhom sabiex jipprova l-konformità mal-kriterji rilevanti? |
(1) ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.