Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0618

    Kawża T-618/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – FZ et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċċjali – Remunerazzjoni – Persunal tal-Kummissjoni ittrasferit f’pajjiż terz – Aġġornament annwali u interim tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

    ĠU C 84, 21.2.2022, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 84, 21.2.2022, p. 14–14 (GA)

    21.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 84/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – FZ et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-618/20) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċċjali - Remunerazzjoni - Persunal tal-Kummissjoni ittrasferit f’pajjiż terz - Aġġornament annwali u interim tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

    (2022/C 84/54)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: FZ u s-17-il rikorrent l-ieħor li isimhom jinsab fl-anness għas-sentenza (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Melo Sampaio, B. Mongin u A.-C. Simon, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tar-rendikonti ta’ remunerazzjoni tax-xahar ta’ Ġunju 2019 tar-rikorrenti sa fejn japplikaw, għall-ewwel darba, il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni ffissat, b’effett retroattiv, għall-1 ta’ April 2019.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    FZ u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness għas-sentenza huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 433, 14.12.2020


    Top