Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0095

    Kawża T-95/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Persistenza taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

    ĠU C 452, 8.11.2021, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 452/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill

    (Kawża T-95/20) (1)

    (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Persistenza taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

    (2021/C 452/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Jean-Claude Kazembe Musonda (Lubumbashi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u S. Lejeune, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2019, L 318, p. 134), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2019, L 318, p. 1), inkwantu dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Jean-Claude Kazembe Musonda huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


    Top