Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0274

    Kawża C-274/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Massa – l-Italja) – GN, WX vs Prefettura di Massa Carrara – Ufficio Territoriale del Governo di Massa Carrara (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 63 TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Ċirkulazzjoni fit-toroq – Reġistrazzjoni u tassazzjoni ta’ vetturi bil-mutur – Xufier li jirrisjedi fi Stat Membru – Vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor – Vettura mqiegħda għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas għal żmien qasir – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-persuni li jirrisjedu fl-Italja għal iktar minn 60 jum milli jsuqu f’dan l-Istat Membru vettura rreġistrata barra mill-pajjiż)

    ĠU C 84, 21.2.2022, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 84, 21.2.2022, p. 6–6 (GA)

    21.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 84/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Massa – l-Italja) – GN, WX vs Prefettura di Massa Carrara – Ufficio Territoriale del Governo di Massa Carrara

    (Kawża C-274/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Ċirkulazzjoni fit-toroq - Reġistrazzjoni u tassazzjoni ta’ vetturi bil-mutur - Xufier li jirrisjedi fi Stat Membru - Vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Vettura mqiegħda għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas għal żmien qasir - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-persuni li jirrisjedu fl-Italja għal iktar minn 60 jum milli jsuqu f’dan l-Istat Membru vettura rreġistrata barra mill-pajjiż)

    (2022/C 84/16)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Giudice di pace di Massa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: GN, WX

    Konvenut: Prefettura di Massa Carrara – Ufficio Territoriale del Governo di Massa Carrara

    Dispożittiv

    L-Artikolu 63(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi lil kull persuna li tkun stabbilixxiet ir-residenza tagħha f’dan l-Istat Membru għal iktar minn 60 jum milli ssuq fih vettura bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru ieħor, u dan irrispettivament mill-persuna li f’isimha tkun irreġistrata din il-vettura, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul tal-użu tal-imsemmija vettura fl-ewwel Stat Membru u mingħajr ma l-persuna kkonċernata tkun tista’ tinvoka dritt għal eżenzjoni meta din l-istess vettura la tkun intiża li tintuża essenzjalment fl-ewwel Stat Membru b’mod permanenti u lanqas, fil-fatt, ma tintuża b’dan il-mod.


    (1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


    Top