EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0092

Kawża C-92/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Rottendorf Pharma GmbH vs Hauptzollamt Bielefeld (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – It-tieni inċiż tal-Artikolu 239(1) – Rimbors tad-dazji doganali legalment miġbura – Sitwazzjoni partikolari – Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera – Invalidità tal-awtorizzazzjoni u ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ pproċessar attiv b’effett retroattiv – Esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea – Ommissjoni li tiġi ppreżentata l-merkanzija fid-dwana)

ĠU C 110, 29.3.2021, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Rottendorf Pharma GmbH vs Hauptzollamt Bielefeld

(Kawża C-92/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - It-tieni inċiż tal-Artikolu 239(1) - Rimbors tad-dazji doganali legalment miġbura - Sitwazzjoni partikolari - Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera - Invalidità tal-awtorizzazzjoni u ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ pproċessar attiv b’effett retroattiv - Esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea - Ommissjoni li tiġi ppreżentata l-merkanzija fid-dwana)

(2021/C 110/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rottendorf Pharma GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Bielefeld

Dispożittiv

It-tieni inċiż tal-Artikolu 239(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, operatur ekonomiku ma jistax jitlob ir-rimbors tad-dazji doganali li jkun ħallas ħlief meta jsib ruħu f’sitwazzjoni partikolari u ma teżistix negliġenza manifesta jew manuvra min-naħa tiegħu u, min-naħa l-oħra, li l-fatt li l-merkanzija kkonċernata kienet ġiet esportata mill-ġdid lejn pajjiż terzi mingħajr ma daħlet fiċ-ċirkuwitu ekonomiku tal-Unjoni Ewropea ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan l-operatur ekonomiku kien sab ruħu f’tali sitwazzjoni partikolari. L-istess konklużjoni tapplika meta l-aġir li ta lok għat-tassazzjoni tad-dazji doganali kkonċernati kien ġie kkawżat minn żball dwar l-informazzjoni li tinsab fis-sistema informatika tal-imsemmi operatur ekonomiku, peress li dan l-iżball seta’ ġie evitat kieku l-istess operatur ekonomiku kien ħa inkunsiderazzjoni kundizzjonijiet li jinsabu fl-awtorizzazzjoni li kienet ingħatatlu.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


Top