This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TB0043
Case T-43/19: Order of the General Court of 29 January 2020 — WV v EEAS (Action for compensation — Civil service — Civil servants — Out of time — Inadmissibility)
Kawża T-43/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – WV vs SEAE (“Rikors għal kumpens – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Tardività – Inammissibbiltà”)
Kawża T-43/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – WV vs SEAE (“Rikors għal kumpens – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Tardività – Inammissibbiltà”)
ĠU C 103, 30.3.2020, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/31 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – WV vs SEAE
(Kawża T-43/19) (1)
(“Rikors għal kumpens - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Tardività - Inammissibbiltà”)
(2020/C 103/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: WV (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenut: Service européen pour l’action extérieure (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti)
Suġġett
Talba skont l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE tat-28 ta’ Marzu 2018 li tiċħad it-talba għal kumpens tar-rikorrenti kif ukoll, sa fejn ikun hemm bżonn, tad-deċiżjoni tas-SEAE tas-26 ta’ Ottubru 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti mressaq fis-26 ta’ Ġunju 2018 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġiri tas-SEAE fir-rigward tagħha.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
WV hija kkundannata għall-ispejjeż. |