Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0595

    Kawża C-595/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-23 ta’ Lulju 2019 – Fototre Srl vs Ministero dello Sviluppo Economico et

    ĠU C 357, 21.10.2019, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.10.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 357/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-23 ta’ Lulju 2019 – Fototre Srl vs Ministero dello Sviluppo Economico et

    (Kawża C-595/19)

    (2019/C 357/28)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Fototre Srl

    Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

    Domanda preliminari

    Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik tal-Artikolu 26(2) u (3) tad-Diġriet Liġi Nru 91/2014, kif ikkonvertit bil-Liġi Nru 116/2014, li jnaqqas jew idewwem b’mod sinjifikattiv il-ħlas ta’ inċentivi diġà mogħtija b’liġi u ddefiniti skont ftehimiet ad hoc konklużi mill-produtturi tal-elettriku mill-konverżjoni fotovoltajika mal-Gestore dei servizi energetici S.p.a., (ġestjonarja tas-servizz ta’ enerġija) kumpannija pubblika inkarigata b’din il-funzjoni?

    B’mod partikolari, din id-dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Eworpea ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effett utli; mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mad-Direttiva 2009/28/KE (1) u mar-regolamentazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ li huma previsti hemmhekk; mal-Artikolu 216(2) TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tat-Trattat tal-Karta Ewropea tal-Enerġija?


    (1)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU 2009, L 140, p. 16).


    Top