Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento 62019CN0544
Case C-544/19: Request for a preliminary ruling from the Administrative Court of Blagoevgrad (Bulgaria) lodged on 17 July 2019 — ECOTEX BULGARIA EOOD v Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite
Kawża C-544/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Blagoevgrad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Lulju 2019“ECOTEX BULGARIA” EOOD vs Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite
Kawża C-544/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Blagoevgrad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Lulju 2019“ECOTEX BULGARIA” EOOD vs Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite
ĠU C 357, 21.10.2019, p. 17—18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 357/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Blagoevgrad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Lulju 2019“ECOTEX BULGARIA” EOOD vs Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-544/19)
(2019/C 357/23)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Blagoevgrad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“ECOTEX BULGARIA” EOOD
Konvenut: Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite
Domandi preliminari
L-ewwel domanda:
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-pagamenti fit-territorju nazzjonali b’valur ta’ 10 000 leva Bulgari (BGN) jew iktar għandhom jitwettqu esklużivament permezz ta’ trasferiment jew permezz ta’ ħlas fuq kont għal pagamenti u li tillimita l-pagament fi flus kontanti ta’ dividendi ta’ BGN 10 000 jew iktar minn profitti li ma jiġux iddistribwiti u, jekk jippermetti tali dispożizzjoni legali, tali restrizzjoni hija ġġustifikata mill-għanijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849 (1)?
It-tieni domanda:
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/859, ikkunsidrat flimkien mal-premessa 6 tal-preambolu tagħha u mal-Artikoli 4 u 5 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti dispożizzjoni legali nazzjonali ġenerali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-pagamenti fit-territorju nazzjonali b’valur ta’ BGN 10 000 jew iktar għandhom jitwettqu esklużivament permezz ta’ trasferiment jew permezz ta’ ħlas fuq kont għal pagamenti u li ma tidħolx fil-kwistjoni tal-entità u tal-motivazzjoni tal-pagament fi flus kontanti sa fejn tkopri mingħajr ebda distinzjoni l-pagamenti kollha fi flus kontanti bejn persuni fiżiċi u ġuridiċi?
(1) |
Fil-każ li din id-domanda tingħata risposta fl-affermattiv: il-punt 3(e) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849, ikkunsidrat flimkien mal-premessa 6 tal-preambolu tagħha u mal-Artikoli 4 u 5 tagħha, jippermetti lill-Istati Membri jadottaw limitazzjonijiet ġenerali supplimentari fir-rigward ta’ pagamenti fi flus kontanti permezz ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-pagamenti fit-territorju nazzjonali b’valur ta’ BGN 10 000 jew iktar għandhom jitwettqu esklużivament permezz ta’ trasferiment jew permezz ta’ ħlas fuq kont għal pagamenti f’sitwazzjoni fejn il-pagament fi flus kontanti jkun ibbażat fuq “profitti mhux iddistribwiti” (dividendi)? |
2) |
Fil-każ li din id-domanda tingħata risposta fl-affermattiv: il-punt 3(e) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849, ikkunsidrat flimkien mal-premessa 6 tal-preambolu tagħha u mal-Artikolu 5 tagħha, jippermetti lill-Istati Membri jadottaw limitazzjonijiet fir-rigward ta’ pagamenti fi flus kontanti permezz ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-pagamenti fit-territorju nazzjonali b’valur ta’ BGN 10 000 jew iktar għandhom jitwettqu esklużivament permezz ta’ trasferiment jew permezz ta’ ħlas fuq kont għal pagamenti, fejn il-limitu minimu ta’ dawn il-pagamenti huwa inqas minn EUR 10 000? |
It-tielet domanda
L-Artikolu 58(1) u l-Artikolu 60(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849, ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni legali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi ammont fiss għas-sanzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta’ ksur tal-limitazzjonijiet dwar il-pagamenti fi flus kontanti mingħajr ma tippermetti approċċ iddifferenzjat skont iċ-ċirkustanzi konkreti rilevanti ta’ kull każ?
1) |
Fil-każ li din id-domanda tingħata risposta fis-sens li l-Artikolu 58 u l-Artikolu 60(4) tad-Direttiva (UE) 2015/859, ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ma jipprekludux dispożizzjoni legali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi ammont fiss għas-sanzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta’ ksur tal-limitazzjonijiet dwar il-pagamenti fi flus kontanti, l-Artikolu 58 u l-Artikolu 60(4) tad-Direttiva (UE) 2015/859, ikkunsidrati flimkien mal-prinċipju ta’ effettività u mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni legali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi ammont fiss għas-sanzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta’ ksur tal-limitazzjonijiet dwar il-pagamenti fi flus kontanti, mingħajr ma tippermetti li qorti, fil-każ li jiġi ppreżentat rikors kontra tali sanzjoni amministrattiva, tistabbilixxi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi konkreti rilevanti ta’ kull każ, l-ammont ta’ din is-sanzjoni amministrattiva b’mod li jkun inqas mill-ammont minimu previst? |
(1) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU 2015, L 141, p. 73).