Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CB0859

    Kawżi magħquda C-859/19, C-926/19 u C-929/19, FX et (Effett tas-sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali III) et: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Novembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – proċeduri kriminali kontra FX, CS, ND (C-859/19), BR, CS, DT, EU, FV, GW (C-926/19), CD, CLD, GLO, ŞDC, PVV (C-929/19), (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Ġlieda kontra l-korruzzjoni – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Artikolu 325(1) TFUE – Konvenzjoni PIF – Deċiżjoni 2006/928/KE – Proċeduri kriminali – Sentenzi tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija) dwar il-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti fil-qasam ta’ korruzzjoni serja – Obbligu għall-imħallfin nazzjonali li jagħtu effett sħiħ lid-deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) – Responsabbiltà dixxiplinari tal-imħallfin fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn id-deċiżjonijiet – Setgħa li jitħallew mhux applikati deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) li ma jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni – Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni)

    ĠU C 104, 20.3.2023, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 104/8


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Novembru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – proċeduri kriminali kontra FX, CS, ND (C-859/19), BR, CS, DT, EU, FV, GW (C-926/19), CD, CLD, GLO, ŞDC, PVV (C-929/19),

    (Kawżi magħquda C-859/19, C-926/19 u C-929/19 (1), FX et (Effett tas-sentenzi ta’ Qorti Kostituzzjonali III) et)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Ġlieda kontra l-korruzzjoni - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Artikolu 325(1) TFUE - Konvenzjoni PIF - Deċiżjoni 2006/928/KE - Proċeduri kriminali - Sentenzi tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija) dwar il-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti fil-qasam ta’ korruzzjoni serja - Obbligu għall-imħallfin nazzjonali li jagħtu effett sħiħ lid-deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) - Responsabbiltà dixxiplinari tal-imħallfin fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn id-deċiżjonijiet - Setgħa li jitħallew mhux applikati deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) li ma jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni - Prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni)

    (2023/C 104/09)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

    Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

    FX, CS, ND (C-859/19), BR, CS, DT, EU, FV, GW (C-926/19), CD, CLD, GLO, ŞDC, PVV (C-929/19)

    Fil-preżenza ta’: Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Direcţia Națională Anticorupție (C-859/19, C-926/19 u C-929/19), Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Direcţia de Investigare a Infracțiunilor de Criminalitate Organizată și Terorism – Structura Centrală (C-926/19), Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Secția pentru Investigarea Infracțiunilor din Justiţie (C-926/19), Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (C-926/19 u C-929/19), HX (C-926/19), IY (C-926/19), SC Uranus Junior 2003 SRL (C-926/19), SC Complexul Energetic Oltenia SA (C-929/19),

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 325(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li saret fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, iffirmata fi Brussell fis-26 ta’ Lulju 1995, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/928/KE tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni,

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    jipprekludu leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema s-sentenzi fi kwistjonijiet ta’ korruzzjoni u ta’ frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud li ma jkunux ngħataw, fl-ewwel istanza, minn kulleġġi ġudikanti speċjalizzati f’dan il-qasam jew, fl-appell, minn kulleġġi ġudikanti li l-membri kollha tagħhom inħatru bix-xorti, huma nulli b’mod assolut b’tali mod li l-kawżi ta’ korruzzjoni u ta’ frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud ikkonċernati għandhom, jekk meħtieġ wara rikors straordinarju kontra sentenzi finali, jiġu eżaminati mill-ġdid fl-ewwel u/jew fit-tieni istanza, sa fejn l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni jew ta’ din il-prattika nazzjonali hija ta’ natura li toħloq riskju sistemiku ta’ impunità tal-fatti li jikkostitwixxu reati serji ta’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ta’ korruzzjoni b’mod ġenerali. L-obbligu li jiġi żgurat li tali reati jkunu s-suġġett ta’ sanzjonijiet kriminali ta’ natura effettiva u dissważiva ma jeżentax lill-qorti tar-rinviju milli tivverifika r-rispett meħtieġ tad-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 ma jipprekludux li tali leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali ma tiġix applikata meta din tkun ta’ natura li toħloq tali riskju sistemiku ta’ impunità.

    2)

    L-Artikolu 2 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll id-Deċiżjoni 2006/928

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    ma jipprekludux leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema d-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali jorbtu lill-qrati ordinarji, sakemm id-dritt nazzjonali jiggarantixxi l-indipendenza tal-imsemmija Qorti Kostituzzjonali fil-konfront b’mod partikolari tas-setgħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva, kif jeħtiġilha minn dawn id-dispożizzjonijiet. Min-naħa l-oħra, dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE u l-imsemmija deċiżjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema kull nuqqas ta’ applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali mill-qrati nazzjonali ordinarji huwa ta’ natura li tiġi skattata r-responsabbiltà dixxiplinari tagħhom.

    3)

    Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali skont liema l-qrati ordinarji nazzjonali huma marbuta b’deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali u ma jistgħux, minħabba f’hekk u taħt piena li jikkommettu ksur dixxiplinari, iħallu mhux applikati, bl-awtorità tagħhom stess, il-ġurisprudenza li tirriżulta minn dawn id-deċiżjonijiet, minkejja li huma jikkunsidraw li, fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-ġurisprudenza hija kuntrarja għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, għall-Artikolu 325(1) TFUE jew għad-Deċiżjoni 2006/928.


    (1)   ĠU C 201, 15.6.2020.


    Top