EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CB0153

Kawża C-153/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Köln – il-Germanja) – FZ vs DER Touristik GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 12 – Package tour – Dewmien twil ta’ titjira – Kumpens tal-passiġġiera – Kumpens addizzjonali – Dritt tal-passiġġier għat-tnaqqis tal-prezz tal-vjaġġ)

ĠU C 287, 31.8.2020, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Köln – il-Germanja) – FZ vs DER Touristik GmbH

(Kawża C-153/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 12 - Package tour - Dewmien twil ta’ titjira - Kumpens tal-passiġġiera - Kumpens addizzjonali - Dritt tal-passiġġier għat-tnaqqis tal-prezz tal-vjaġġ)

(2020/C 287/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FZ

Konvenuta: DER Touristik GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li passiġġier, diġà kkumpensat skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, jista’ jiġi kkumpensat skont dritt għal tnaqqis tal-prezz tal-vjaġġ li huwa għandu kontra operatur tat-tour, previst mid-dritt tal-Istat Membru kkonċernat, sa fejn dan l-aħħar kumpens jingħata għal dannu individwali li joriġina minn waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 182, 27.5.2019.


Top