Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0724

    Kawża C-724/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra HP (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Ordni ta’ investigazzjoni Ewropea – Direttiva 2014/41/UE – Artikolu 2(c)(i) – Kunċett ta’ “awtorità emittenti” – Artikolu 6 – Kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea – Artikolu 9(1) u (3) – Rikonoxximent ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea – Ordni ta’ investigazzjoni Ewropea intiża sabiex tinkiseb data dwar it-traffiku u data ta’ lokalizzazzjoni marbuta mat-telekomunikazzjonijiet, maħruġa minn prosekutur innominat bħala “awtorità emittenti” mill-att nazzjonali li jittrasponi d-Direttiva 2014/41 – Kompetenza esklużiva tal-imħallef, fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali simili, sabiex jordna l-miżura ta’ investigazzjoni indikata f’din l-ordni)

    ĠU C 84, 21.2.2022, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 84, 21.2.2022, p. 3–3 (GA)

    21.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 84/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra HP

    (Kawża C-724/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Ordni ta’ investigazzjoni Ewropea - Direttiva 2014/41/UE - Artikolu 2(c)(i) - Kunċett ta’ “awtorità emittenti” - Artikolu 6 - Kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea - Artikolu 9(1) u (3) - Rikonoxximent ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea - Ordni ta’ investigazzjoni Ewropea intiża sabiex tinkiseb data dwar it-traffiku u data ta’ lokalizzazzjoni marbuta mat-telekomunikazzjonijiet, maħruġa minn prosekutur innominat bħala “awtorità emittenti” mill-att nazzjonali li jittrasponi d-Direttiva 2014/41 - Kompetenza esklużiva tal-imħallef, fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali simili, sabiex jordna l-miżura ta’ investigazzjoni indikata f’din l-ordni)

    (2022/C 84/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Spetsializiran nakazatelen sad

    Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

    HP

    fil-preżenza ta’: Spetsializirana prokuratura

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2(c)(i) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li prosekutur ikun kompetenti sabiex joħroġ, matul il-fażi preliminari ta’ proċeduri kriminali, ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, fis-sens ta’ din id-direttiva, intiża għall-kisba ta’ data dwar it-traffiku u ta’ data dwar il-lokalizzazzjoni marbuta mat-telekomunikazzjonijiet, meta, fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali simili, l-adozzjoni ta’ miżura investigattiva intiża sabiex jinkiseb aċċess għal tali data tkun taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-imħallef.

    2)

    L-Artikolu 6 u l-Artikolu 9(1) u (3) tad-Direttiva 2014/41 għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rikonoxximent, mill-awtorità ta’ eżekuzzjoni, ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea maħruġa sabiex tinkiseb data dwar it-traffiku u data dwar il-lokalizzazzjoni marbuta mat-telekomunikazzjonijiet ma jistax jissostitwixxi r-rekwiżiti applikabbli fl-Istat emittenti meta din l-ordni tkun inħarġet indebitament minn prosekutur filwaqt li, fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali simili, l-adozzjoni ta’ miżura investigattiva intiża sabiex tinkiseb tali data tkun taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-imħallef.


    (1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


    Top