This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0371
Case C-371/19: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 18 November 2020 — European Commission v Federal Republic of Germany (Failure of a Member State to fulfil obligations — Taxation — Value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Article 170 and Article 171(1) — VAT refund to taxable persons who are not established in the Member State in which they purchase goods and services or import goods subject to VAT but who are established in another Member State — Directive 2008/9/EC — Rules for the refund of VAT — Articles 9 and 10 — Article 15(1) — Article 20 — No copy of an invoice or an importation document — Systematic rejection of incomplete refund applications — Refusal to ask the taxable person to complete the application after the expiry of the time limit for submitting an application — Principle of fiscal neutrality — Principle of proportionality — Admissibility)
Kawża C-371/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 170 u Artikolu 171(1) – Rimbors tal-VAT favur persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih huma jixtru oġġetti u servizzi jew jimportaw oġġetti suġġetti għat-taxxa, iżda huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor – Direttiva 2008/9/KE – Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT – Artikoli 9 u 10 – Artikolu 15(1) – Artikolu 20 – Assenza tal-kopja ta’ fattura jew ta’ dokument ta’ importazzjoni – Ċaħda sistematika tal-applikazzjonijiet għar-rimbors inkompleti – Rifjut li l-persuna taxxabbli tintalab tikkompleta l-applikazzjoni tagħha wara l-iskadenza tat-terminu previst sabiex titressaq applikazzjoni – Prinċipju ta’ newtralità fiskali – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Ammissibbiltà)

ĠU C 28, 25.1.2021, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 28/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-371/19) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 170 u Artikolu 171(1) - Rimbors tal-VAT favur persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih huma jixtru oġġetti u servizzi jew jimportaw oġġetti suġġetti għat-taxxa, iżda huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor - Direttiva 2008/9/KE - Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT - Artikoli 9 u 10 - Artikolu 15(1) - Artikolu 20 - Assenza tal-kopja ta’ fattura jew ta’ dokument ta’ importazzjoni - Ċaħda sistematika tal-applikazzjonijiet għar-rimbors inkompleti - Rifjut li l-persuna taxxabbli tintalab tikkompleta l-applikazzjoni tagħha wara l-iskadenza tat-terminu previst sabiex titressaq applikazzjoni - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Ammissibbiltà)
(2021/C 28/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Jokubauskaitė u R. Pethke, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: S. Eisenberg u J. Möller, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Billi ċaħdet l-applikazzjonijiet għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imressqa qabel it-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja li ssegwi l-perijodu ta’ rifużjoni iżda li magħhom ma ġewx annessi l-kopji tal-fatturi jew tad-dokumenti ta’ importazzjoni meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ rifużjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista mid-Direttiva 2006/112/KE, favur persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, iżda fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma qabel stiednet lill-applikanti jikkompletaw l-applikazzjonijiet tagħhom bit-tressiq, jekk meħtieġ lil hinn minn dik id-data, ta’ dawn il-kopji jew billi jipprovdu informazzjoni xierqa li trendi possibbli l-ipproċessar tal-imsemmija applikazzjonijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, filwaqt li kisret il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT kif ukoll l-effett utli tad-dritt għar-rimbors tal-VAT mill-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008, u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/9. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
4) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha. |