Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0272

    Kawża C-272/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden- il-Ġermanja) – VQ vs Land Hessen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 267 TFUE – Kunċett ta’ “qorti” – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) Nru 2016/679 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(2)(a) – Kunċett ta’ “attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni” – Artikolu 4(7) – Kunċett ta’ “kontrollur” – Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament ta’ Stat Federali ta’ Stat Membru – Artikolu 15 – Dritt ta’ aċċess tal-persuna kkonċernata)

    ĠU C 287, 31.8.2020, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden- il-Ġermanja) – VQ vs Land Hessen

    (Kawża C-272/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti” - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) Nru 2016/679 - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(2)(a) - Kunċett ta’ “attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni” - Artikolu 4(7) - Kunċett ta’ “kontrollur” - Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament ta’ Stat Federali ta’ Stat Membru - Artikolu 15 - Dritt ta’ aċċess tal-persuna kkonċernata)

    (2020/C 287/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Wiesbaden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: VQ

    Konvenuta: Land Hessen

    Dispożittiv

    L-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandu jiġi interpretat fis-sens li, sa fejn Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament ta’ Stat Federali ta’ Stat Membru jistabbilixxi, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, dan il-kumitat għandu jiġi kklassifikat bħala “kontrollur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li l-ipproċessar ta’ data personali magħmul minn tali kumitat jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari, tal-Artikolu 15 ta’ dan.


    (1)  ĠU C 187, 3.6.2019.


    Top