Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0249

    Kawża C-249/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – JE vs KF (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 1259/2010 – Kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali – Regoli uniformi – Artikolu 10 – Applikazzjoni tal-liġi tal-forum)

    ĠU C 297, 7.9.2020, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 297/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – JE vs KF

    (Kawża C-249/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 1259/2010 - Kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Regoli uniformi - Artikolu 10 - Applikazzjoni tal-liġi tal-forum)

    (2020/C 297/20)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Tribunalul Bucureşti

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: JE

    Konvenut: KF

    Dispożittiv

    L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem “[f]ejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju” jirreferi biss għas-sitwazzjonijiet li fihom il-liġi barranija applikabbli ma tipprevedix, taħt l-ebda forma, id-divorzju.


    (1)  ĠU C 206, 17.6.2019.


    Top