Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0086

    Kawża C-86/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil n° 9 de Barcelona – Spanja) – SL vs Vueling Airlines SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Konvenzjoni ta’ Montreal – Artikolu 17(2) – Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fil-qasam tal-bagalji rreġistrati – Telf stabbilit ta’ bagalja rreġistrata – Dritt għal kumpens – Artikolu 22(2) – Limiti ta’ responsabbiltà fil-każ tad-distruzzjoni, tat-telf, tad-dannu jew tad-dewmien tal-bagalji – Assenza ta’ informazzjoni dwar il-bagalja mitlufa – Oneru tal-prova – Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri – Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

    ĠU C 287, 31.8.2020, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona – Spanja) – SL vs Vueling Airlines SA

    (Kawża C-86/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montreal - Artikolu 17(2) - Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fil-qasam tal-bagalji rreġistrati - Telf stabbilit ta’ bagalja rreġistrata - Dritt għal kumpens - Artikolu 22(2) - Limiti ta’ responsabbiltà fil-każ tad-distruzzjoni, tat-telf, tad-dannu jew tad-dewmien tal-bagalji - Assenza ta’ informazzjoni dwar il-bagalja mitlufa - Oneru tal-prova - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

    (2020/C 287/10)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: SL

    Konvenuta: Vueling Airlines SA

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999, u approvata għan-nom tagħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001, moqrija flimkien mal-Artikolu 22(2) ta’ din il-konvenzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-somma li hija prevista minn din l-aħħar dispożizzjoni abbażi tal-limitu tar-responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru, f’każ ta’ distruzzjoni, ta’ telf, ta’ dannu jew ta’ dewmien tal-bagalja rreġistrata li ma tkunx is-suġġett ta’ dikjarazzjoni speċjali ta’ interess mal-kunsinna, tikkostitwixxi massimu ta’ kumpens li l-passiġġier ikkonċernat ma jibbenefikax minnu ipso iure u f’somma fissa. Konsegwentement, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, f’dan il-limitu, l-ammont ta’ kumpens dovut lil dan fid-dawl taċ-ċirkustanzi inkwistjoni.

    2)

    L-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, moqri flimkien mal-Artikolu 22(2) ta’ din, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont tal-kumpens dovut lil passiġġier, li l-bagalja rreġistrata tiegħu li ma tkunx is-suġġett ta’ dikjarazzjoni speċjali ta’ interess mal-kunsinna tkun ġiet distrutta, mitlufa jew sofriet dannu jew dewmien għandu jiġi ddeterminat mill-qorti nazzjonali skont ir-regoli ta’ dritt nazzjonali applikabbli, b’mod partikolari fil-qasam tal-prova. Dawn ir-regoli ma għandhomx, madankollu, jkunu inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw ir-rikorsi simili ta’ dritt intern, u lanqas applikati b’mod li jkun kważi impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-Konvenzjoni ta’ Montreal.


    (1)  ĠU C 164, 13.5.2019


    Top