This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0040
Case T-40/18: Action brought on 24 January 2018 — Ecolab USA v EUIPO (SOLIDPOWER)
Kawża T-40/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2018 – Ecolab USA vs EUIPO (SOLIDPOWER)
Kawża T-40/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2018 – Ecolab USA vs EUIPO (SOLIDPOWER)
ĠU C 104, 19.3.2018, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/50 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2018 – Ecolab USA vs EUIPO (SOLIDPOWER)
(Kawża T-40/18)
(2018/C 104/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ecolab USA, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Töbelmann u K. Middelhoff, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “SOLIDPOWER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 310 671
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appel tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 1182/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(2) tar-Regolament Nru 2017/1001. |