Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0585

    Kawża T-585/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Sanli vs Il-Kunsill (“Politika barranija u ta’ sigurtà Komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu – Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista – Rikors għall-annullament u għad-danni – Ksur tar-rekwiżiti formali – Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 110, 29.3.2021, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 110/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Sanli vs Il-Kunsill

    (Kawża T-585/18) (1)

    (“Politika barranija u ta’ sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Rikors għall-annullament u għad-danni - Ksur tar-rekwiżiti formali - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”)

    (2021/C 110/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrent: Dalokay Şanli (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Gürses u J. M. Langenberg, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Van Overmeire u B. Driessen, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1084 tat-30 ta’ Lulju 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/475 (ĠU 2018, L 194, p. 144), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1071 tat-30 ta’ Lulju 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/468 (ĠU 2018, L 194, p. 23), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta mill-illegalità ta’ dawn l-atti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Dalokay Şanli huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 436, 3.12.2018.


    Top