Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0257

    Kawża T-257/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2020 – Iberpotash vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Settur tal-minjieri – Miżura li tikkonsisti, minn naħa, fit-tnaqqis tal-garanziji finanzjarji għar-restawr ta’ art li fiha kien hemm il-minjieri, u minn naħa l-oħra, l-investiment tal-Istat għar-restawr ta’ art li fiha kien hemm il-minjieri li jiżgura livell ogħla ta’ protezzjoni ambjentali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ għajnuna – Vantaġġ – Trasferiment tar-riżorsi tal-Istat – Natura selettiva – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Kalkolu tal-ammont tal-għajnuna”)

    ĠU C 68, 2.3.2020, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 68/42


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2020 – Iberpotash vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-257/18) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-minjieri - Miżura li tikkonsisti, minn naħa, fit-tnaqqis tal-garanziji finanzjarji għar-restawr ta’ art li fiha kien hemm il-minjieri, u minn naħa l-oħra, l-investiment tal-Istat għar-restawr ta’ art li fiha kien hemm il-minjieri li jiżgura livell ogħla ta’ protezzjoni ambjentali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna - Vantaġġ - Trasferiment tar-riżorsi tal-Istat - Natura selettiva - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Kalkolu tal-ammont tal-għajnuna”)

    (2020/C 68/50)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Iberpotash, SA (Súria, Spanja) (rappreżentanti: N. Niejahr u B. Hoorelbeke, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo u D. Recchia, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/118 tal-31 ta’ Awwissu 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat (Il-każ SA.35818 (2016/C) (ex 2015/NN) (ex 2012/CP) li Spanja implimentat favur Iberpotash (ĠU 2018, L 28, p. 25).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Iberpotash, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 221, 25.6.2018.


    Top