Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0177

    Kawża T-177/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fond – Proroga tal-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Obbligu tal-Kunsill li jikkomunika l-elementi ġodda li jiġġustifikaw it-tiġdid tal-miżuri restrittivi – Żball ta’ liġi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

    ĠU C 103, 30.3.2020, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.3.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill

    (Kawża T-177/18) (1)

    (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fond - Proroga tal-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Obbligu tal-Kunsill li jikkomunika l-elementi ġodda li jiġġustifikaw it-tiġdid tal-miżuri restrittivi - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

    (2020/C 103/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Jean-Claude Kazembe Musonda (Lubumbashi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, S. Lejeune u H. Marcos Fraile, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2017, L 328, p. 19), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Jean-Claude Kazembe Musonda huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 161, 7.5.2018.


    Top