This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TA0168
Case T-168/18: Judgment of the General Court of 12 February 2020 — Numbi v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures taken in view of the situation in the Democratic Republic of the Congo — Freezing of funds — Renewal of the listing of the applicant’s name on the list of persons concerned — Obligation to state reasons — Rights of the defence — Obligation for the Council to communicate the new elements justifying the renewal of the restrictive measures — Error of law — Manifest error of assessment — Right to property — Proportionality — Presumption of innocence — Plea of illegality)
Kawża T-168/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – Numbi vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Estensjoni tal-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Obbligu tal-Kunsill li jikkomunika l-elementi ġodda li jiġġustifikaw it-tiġdid tal-miżuri restrittivi – Żball ta’ liġi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

ĠU C 103, 30.3.2020, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – Numbi vs Il-Kunsill
(Kawża T-168/18) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Estensjoni tal-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Obbligu tal-Kunsill li jikkomunika l-elementi ġodda li jiġġustifikaw it-tiġdid tal-miżuri restrittivi - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)
(2020/C 103/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: John Numbi (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile u S. Van Overmeire, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2017, L 328, p. 19), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
John Numbi huwa kkundannat għall-ispejjeż. |