This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0698
Joined Cases C-698/18 and C-699/18: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 9 July 2020 (request for a preliminary ruling from the Tribunalul Specializat Mureş — Romania) — SC Raiffeisen Bank SA v JB (C-698/18), BRD Groupe Société Générale SA v KC (C-699/18) (Reference for a preliminary ruling — Directive 93/13/EEC — Personal loan agreement — Contract performed in full — Finding that contractual terms are unfair — Action for reimbursement of sums unduly paid on the basis of an unfair clause — Judicial arrangements — Ordinary legal action not subject to any limitation period — Ordinary legal action of a personal and pecuniary nature subject to a limitation period — Point from which the limitation period starts to run — Objective point in time at which the consumer knows of the existence of the unfair term)
Kawżi magħquda C-698/18 u C-699/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Mureş – ir-Rumanija) – SC Raiffeisen Bank SA vs JB (C-698/18), BRD Groupe Société Générale SA vs KC (C-699/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Kuntratt ta’ kreditu li jirrigwarda self personali – Kuntratt eżegwit kompletament – Konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali – Azzjoni għall-ħlas lura tal-ammonti indebitament imħallsa fuq il-bażi ta’ klawżola inġusta – Modalitajiet ġudizzjarji – Azzjoni ġudizzjarja ordinarja li ma tistax tiġi preskritta – Azzjoni ġudizzjarja ordinarja personali, patrimonjali u li tista’ tiġi preskritta – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni – Mument oġġettiv li fih il-konsumatur isir konxju tal-eżistenza ta’ klawżola inġusta)
Kawżi magħquda C-698/18 u C-699/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Mureş – ir-Rumanija) – SC Raiffeisen Bank SA vs JB (C-698/18), BRD Groupe Société Générale SA vs KC (C-699/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Kuntratt ta’ kreditu li jirrigwarda self personali – Kuntratt eżegwit kompletament – Konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali – Azzjoni għall-ħlas lura tal-ammonti indebitament imħallsa fuq il-bażi ta’ klawżola inġusta – Modalitajiet ġudizzjarji – Azzjoni ġudizzjarja ordinarja li ma tistax tiġi preskritta – Azzjoni ġudizzjarja ordinarja personali, patrimonjali u li tista’ tiġi preskritta – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni – Mument oġġettiv li fih il-konsumatur isir konxju tal-eżistenza ta’ klawżola inġusta)
ĠU C 287, 31.8.2020, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Mureş – ir-Rumanija) – SC Raiffeisen Bank SA vs JB (C-698/18), BRD Groupe Société Générale SA vs KC (C-699/18)
(Kawżi magħquda C-698/18 u C-699/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratt ta’ kreditu li jirrigwarda self personali - Kuntratt eżegwit kompletament - Konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali - Azzjoni għall-ħlas lura tal-ammonti indebitament imħallsa fuq il-bażi ta’ klawżola inġusta - Modalitajiet ġudizzjarji - Azzjoni ġudizzjarja ordinarja li ma tistax tiġi preskritta - Azzjoni ġudizzjarja ordinarja personali, patrimonjali u li tista’ tiġi preskritta - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni - Mument oġġettiv li fih il-konsumatur isir konxju tal-eżistenza ta’ klawżola inġusta)
(2020/C 287/05)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Specializat Mureş
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Raiffeisen Bank SA (C-698/18), BRD Groupe Société Générale SA (C-699/18)
Konvenuti: JB (C-698/18), KC (C-699/18)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 2(b), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li tipprevedi n-natura impreskribibbli tal-azzjoni intiża sabiex tiġi kkonstatata n-nullità ta’ klawżola inġusta li tinsab f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, tissuġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni l-azzjoni intiża sabiex jiġu invokati l-effetti restituttivi ta’ din il-konstatazzjoni, sakemm dan it-terminu ma jkunx inqas favorevoli minn dak li jirrigwarda azzjonijiet simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u ma jrendix prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 93/13 (prinċipju ta’ effettività). |
2) |
L-Artikolu 2(b), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ ċertezza legali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni ġudizzjarja tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-azzjoni ġudizzjarja għall-ħlas lura tal-ammonti mħallsa indebitament abbażi ta’ klawżola inġusta li tinsab f’kuntratt konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur hija suġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin li jibda jiddekorri mid-data tal-eżekuzzjoni sħiħa ta’ dan il-kuntratt, fejn ikun preżunt, mingħajr bżonn ta’ verifika, li, f’din id-data, il-konsumatur kellu jkun jaf bin-natura inġusta tal-klawżola inkwistjoni jew fejn, għal azzjonijiet simili, ibbażati fuq ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt intern, dan l-istess terminu jibda jiddekorri biss mill-konstatazzjoni tal-kawża ta’ dawn l-azzjonijiet. |
3) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunalul Specializat Mureş (il-Qorti Speċjalizzata ta’ Mureş, ir-Rumanija), fid-deċiżjoni tagħha tat-12 ta’ Ġunju 2018 fir-rigward tal-Kawża C-699/18. |