This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0395
Case C-395/18: Judgment of the Court (Second Chamber) of 30 January 2020 (request for a preliminary ruling from the Tribunale amministrativo regionale per il Lazio — Italy) — Tim SpA — Direzione e coordinamento Vivendi SA v Consip SpA, Ministero dell’Economia e delle Finanze (Reference for a preliminary ruling — Public procurement of supplies, works or services — Directive 2014/24/EU — Article 18(2) — Article 57(4) — Optional grounds for exclusion — Ground for exclusion of a subcontractor mentioned in the economic operator’s tender — Subcontractor’s failure to comply with environmental, social and labour law obligations — National legislation providing for automatic exclusion of the economic operator for such a failure)
Kawża C-395/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Tim SpA – Direzione e coordinamento Vivendi SA vs Consip SpA, Ministero dell’Economia e delle Finanze (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti, għal xogħlijiet jew għal servizzi – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 18(2) – Artikolu 57(4) – Raġunijiet ta’ esklużjoni fakultattivi – Raġuni għal esklużjoni li tolqot subappaltatur imsemmi fl-offerta tal-operatur ekonomiku – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tas-subappaltatur fil-qasam tad-dritt ambjentali, soċjali u tax-xogħol – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi esklużjoni awtomatika tal-operatur ekonomiku għal tali nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu)

ĠU C 137, 27.4.2020, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 137/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Tim SpA – Direzione e coordinamento Vivendi SA vs Consip SpA, Ministero dell’Economia e delle Finanze
(Kawża C-395/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti, għal xogħlijiet jew għal servizzi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 18(2) - Artikolu 57(4) - Raġunijiet ta’ esklużjoni fakultattivi - Raġuni għal esklużjoni li tolqot subappaltatur imsemmi fl-offerta tal-operatur ekonomiku - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tas-subappaltatur fil-qasam tad-dritt ambjentali, soċjali u tax-xogħol - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi esklużjoni awtomatika tal-operatur ekonomiku għal tali nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu)
(2020/C 137/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tim SpA – Direzione e coordinamento Vivendi SA
Konvenuti: Consip SpA, Ministero dell’Economia e delle Finanze
fil-preżenza ta’: E-VIA SpA
Dispożittiv
L-Artikolu 57(4)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-awtorità kontraenti għandha l-fakultà, u saħansitra l-obbligu, li teskludi lill-operatur ekonomiku li jkun issottometta l-offerta mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt meta r-raġuni ta’ esklużjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni tiġi kkonstatata fir-rigward ta’ wieħed mis-subappaltaturi msemmija fl-offerta ta’ dan l-operatur. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni, moqrija flimkien mal-Artikolu 57(6) ta’ din id-direttiva, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-natura awtomatika ta’ tali esklużjoni.