Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0328

Kawża C-328/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2020 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intelletwali tal-Unjoni Ewropea vs Equivalenza Manufactory, SL (Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(1)(b) – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali kunfliġġenti – Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni – Newtralizzazzjoni ta’ xebh fonetiku permezz ta’ differenza viżiva u ta’ differenza kunċettwali – Kundizzjonijiet għan-newtralizzazzjoni)

ĠU C 161, 11.5.2020, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2020 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intelletwali tal-Unjoni Ewropea vs Equivalenza Manufactory, SL

(Kawża C-328/18 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali kunfliġġenti - Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni - Newtralizzazzjoni ta’ xebh fonetiku permezz ta’ differenza viżiva u ta’ differenza kunċettwali - Kundizzjonijiet għan-newtralizzazzjoni)

(2020/C 161/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intelletwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: J.F. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Equivalenza Manufactory, SL (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, abogados)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Marzu 2018, Equivalenza Manufactory vs EUIPO – ITM Entreprises (BLACK LABEL BY EQUIVALENZA) (T-6/17, mhux ippubblikata, EU:T:2018:119), hija annullata.

2)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Equivalenza Manufactory SL quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-6/17 huwa miċħud.

3)

Equivalenza Manufactory SL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-6/17 kif ukoll mal-proċedura tal-appell, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) relatati ma’ dawn il-proċeduri.


(1)  ĠU C 341, 24.9.2018.


Top