EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0717

Kawża T-717/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Chioreanu vs ERCEA

ĠU C 13, 15.1.2018, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/21


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Chioreanu vs ERCEA

(Kawża T-717/17)

(2018/C 013/34)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Nicolae Chioreanu (Oradea, ir-Rumanija) (rappreżentant: D.-C. Rusu, avukat)

Konvenuta: L-Agenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tal-Proposta Nru 741797-NIP, ERC-2016-ADG;

tordna lill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka jeżamina mill-ġdid il-proposta ta’ riċerka.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku bbażat fuq ksur tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4975 dwar ir-regoli tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka għas-sottomissjoni ta’ proposti u għall-proċeduri relatati ta’ evalwazzjoni, ta’ selezzjoni u ta’ għoti rilevanti għall-programm speċifiku Orizzont 2020.


Top